Kompetizzjoni
Ħarbex, esprimi, u irbaħ bil-kitba

Aqbad il-pinna, esprimi ruħek, u x-xogħol tiegħek jista’ jiġi ppremjat kif ukoll ikun fuq ktejjeb li jitqassam b’xejn lill-pubbliku.

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għal darb’ oħra qed jorganizza l-Konkors Letterarju Annwali, konkors li jagħti ċans lil kulħadd minn tfal sa adulti biex jieħdu sehem u jesprimu l-ħsibijiet tagħhom permezz tal-kitba bil-Malti.

Dan il-Konkors hu maqsum f’erba’ kategorija: rakkont bid-djalett Żejtuni, poeżija mill-adulti, rakkont ġenerali, u kategorija għat-tfal u ż-żgħażagħ sa 18-il sena li jistgħu jissottomettu rakkont jew poeżija. Ir-Rakkont Ġenerali din is-sena jista’ jkun dwar xi aspett storiku jew kulturali fiż-Żejtun jew dwar l-għajxien ta’ missirjietna u llum fi triq jew inħawi partikolari taż-Żejtun (il-ħajja tat-triq fl-imgħoddi).

Dan il-Konkors Letterarju apparti li jagħtik opportunità biex tepsrimi ruħek bil-kitba tiegħek, dawk li jiġu l-ewwel post fil-kategorija jirbħu premju ta’ €50. Il-parteċipant li jiġi fl-ewwel post tar-rakkont bid-djalett jirbaħ ukoll il-Premju Lino Psaila, filwaqt dak il-parteċipanti li jġib l-ogħla punteġġ fil-poeżija jirbaħ il-Premju Frans Baldacchino (il-Budaj). Il-parteċipanti kollha jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.

Is-sottomissjonijiet iridu jaslu għand il-Kunsill Lokali taż-Żejtun jew permezz ta’ e-mail fuq [email protected] sa mhux aktar tard mis-Sibt 24 ta’ Frar, 2018. Kull individwu jista’ jissottometti sa żewġ xogħlijiet letterarji u kull sottomissjoni hi bla ħlas. Kull kitba tiġi eżaminata minn ġurija esperta.

L-aqwa kitbiet sottomessi jinqraw waqt is-serata ta’ Ġieħ iż-Żejtun, li ssir f’Jum il-Kunsill, it-Tnejn 19 ta’ Marzu, 2018. Il-kitbiet li jilħqu l-kriterji mixtieqa jiġu ppubblikati fi ktejjeb li dan jitqassam b’xejn lill-pubbliku.

Għat-Termini u l-Kundizzjonijiet u għal aktar informazzjoni idħol fuq din il-ħolqa: http://docs.wixstatic.com/ugd/1b3a14_8ac42d0aff294737b250e1d927a68cfc.pdf

Tista’ wkoll iċċempel lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fuq 2166 3866 jew tibgħat e-mail fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Kompetizzjoni

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018. L-applikazzjonijiet huma miftuħa wkoll għall-Premju Terramaxka – Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Tfal u Adolexxenti. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati fis-sena 2017 u huma miftuħin għal publikazzjonijiet loki…

Kompetizzjoni

Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti li jirnexxilhom jindirizzaw lill-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji…

Kompetizzjoni

Wara nuqqas ta’ 10 snin reġa qed jittella’ l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bl-iskop li jħajjar liż-żgħażagħ ta’ taħt is-sittax jieħdu iktar interess fil-kitba, kompożizzjoni u interpretazzjazzjoni tal-kanzunetta Maltija bl-ilsien Malti; festival…

Aktar