Attivita'
Ħu sehem f’attivitajiet sportivi u għin lill-Fondazzjoni Life Cycle Malta

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u LifeCycle Malta Foundation se jkunu qed jorganizzaw attività sportiva fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Nikola. Din se ssir it-Tlieta 19 ta’ Ġunju 2018 minn 6pm sa 8.30pm, bis-sehem tal-għaqdiet sportivi tas-Siġġiewi li huma Siġġiewi Football Club Youth Nursery, Siġġiewi Basketball Club Siġġiewi Rowing Club.

Kull sena LifeCycle Malta Foundation kienet torganizza attività ta’ Żumba fil-Pjazza tas-Siġġiewi. Iżda din is-sena ngħaqdet mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi biex minbarra ż-żumba, tiġi organizzata attività li tinkludi aktar sport fosthom rowing u cycling għal adulti kif ukoll basketball u football għat-tfal.

L-attività sportiva ġiet inkluża fil-programm t’attivitajiet tal-Festa tal-Patrun qaddis tas-Siġġiewi, San Nikola. L-għan tal-attività huwa li tħeġġeġ lil-komunità tieħu sehem fl-isport waqt li jinġabru fondi għall-LifeCycle.

Din is-sena il-LifeCycle Malta Foundation qed tiċċelebra l-20 anniversarju minn meta ġiet imwaqqfa mill-fundatur tagħha, is-Sur Alan  Curry. F’dawn is-snin, il-parteċipanti żaru iktar minn 43 pajjiż u nġabru madwar żewġ miljun ewro.

L-għan ta’ din il-fondazzjoni hi li tqajjem tagħrif fuq il-marda tal-kliewi, tiġbor fondi għan-nies morda bil-kliewi u tkompli bid-donazzjonijiet tagħha għar-riċerka dwar mard tal-kliewi fit-tfal. Din is-sena iċ-ċiklisti, bħal snin oħra sa jaqdfu 2000km, minn Dubai għal Salalah f’Oman bejn it-28 ta’ Settembru u 12 t’Ottubru 2018.

Bil-fondi li se jinġabru din is-sena, Lifecycle se tagħti donazzjoni għar-riċerka.  Fil-fatt il-flus li jingħataw mit-Title Sponsor, Foster Clark, bl-ammont ta’ €25,000 jingħataw direttament għar-riċerka. Il-fondi se jintużaw ukoll biex LifeCycle tkompli tagħti l-appoġġ tagħha għat-“Traccia” database li tintuża għall-analiżi tad-demm qabel ma jsir trapjant. Minbarra dan, LifeCycle se tħallas għas-servizz ta’ psikologu għall-pazjenti, se tikkontribwixxi parti mill-ispejjeż biex jittieħdu pazjenti Lourdes u se tikkontribwixxi għas-servizz ta’ vann sabiex pazjenti li għandhom bżonn id-dialysis ikunu jistgħu jieħdu it-trattament tagħhom matul il-lejl u b’hekk ikomplu bix-xogħol tagħhom matul il-ġurnata.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħmel donazzjoni lil LifeCycle Malta Foundation b’dawn il-mezzi:

SMS:  5061 7370 = €2.33;

5061 8920 = €6.99;

5061 9229 = €11.65;

Telefonata: 5160 2020 = €10,

5170 2005 = €15; u

5180 2006 = €25

Id-dettalji għall-donazzjoni fil-bank huma:

Isem tal-Bank: Bank of Valletta

Account number: 14814521017

Swift code VALLMTMT

IBAN number MT 18 VALL 22013000000014814521017

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar il-Ħadd li ġej se ssir l-open day fi Pjazza Teatru Rjal. Pjazza Teatru Rjal u ŻfinMalta National Dance Company ingħaqdu flimkien biex itellgħu l-open day. L-open day se tibda…

Attivita'

Il-Kunvent tal-Karmnu tal-Imdina qed jorganizza wirja ta’ arti tal-artist Damian Ebejer. Il-wirja The Within: Paintings and Divergencies tinterpreta l-Kastell Ġewwieni ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù. Hija se tittella’ bejn it-12…

Attivita'

This is a great opportunity for families to explore two of Malta’s most breathtaking wild places – Għadira Nature Reserve and Foresta 2000. Start the day at Għadira, pick up a copy of…

Attivita'

The Malta All-Breed Rabbit Club together with the Malta Cage Bird Association will be hosting the second Bird & Rabbit Show after last year’s awesome success! These two clubs have…

Aktar