Attivita'
‘I love ix-Xlendi’- festival għal kulħadd

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-inizjattiva I love ix-Xlendi mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Munxar bis-sostenn finanzjarju u bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex. I love ix-Xlendi tikkonsisti f’għadd ta’ attivitajiet fil-bajja pittoreska tax-Xlendi kull tmiem il-ġimgħa matul is-sajf fejn jispikka t-talent lokali.

Il-Ministru spjegat li l-programm I love ix-Xlendi hu mimli u varjat u se jsir kull ġimgħa bejn l-14 ta’ Lulju u l-15 ta’ Settembru.

Is-Sindku tal-Munxar Sonia Abela rringrazzjat lill-Ministru għall-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex f’din l-inizjattiva. Irreferiet għall-appoġġ li jsib il-Kunsill b’servizzi mill-Ministeru fosthom is-servizz tal-beach cleaners, ħaddiema tal-manutenzjoni, tindif ta’ toroq u aktar u aktar din iż-żieda tas-servizz tal-ġbir tal-iskart filgħaxija meta x-Xlendi jesperjenza żieda qawwija fir-residenzi li jagħżlu l-lokalità għall-btajjel tas-sajf.

Il-Ministru Justyne Caruana awgurat li l-Għawdxin, il-Maltin u t-turisti japprezzaw din l-inizjattiva u jabbinaw il-ġmiel naturali u l-faċilitajiet turistiċi tax-Xlendi mal-esperjenza kultural li l-programm sajfi jista’ joffri.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Is-Soċjeta Filarmonika “Sliema” se ttella’ Programm Vokali u Mużikali Speċjali biex tiċċelebra l-100 sena Parroċċa. Dan il-Programm Speċjali ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru fis-7.30 pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna…

Attivita'

Nhar is-Sibt, 22 ta’ Settembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal dawra mal-Port il-Kbir, segwita bi żjara informattiva fil-Forti Sant’Anġlu. Bil-veduti spettakolari tal-fortifikazzjonijiet maestużi u l-arkitettura Barokka li jinsabu madwaru,…

Attivita'

Hemm ħafna modi kif bniedem jista jgħin, iferraħ jew isalva ħajja ta’ bniedem ieħor. Borża demm waħda nistgħu nagħmlu d-differenza kbira fil-ħajja ta’ dawk li jistgħu jiġu bżonn . Nhar…

Aktar