
Grupp ta’ 4 Portugiżi flimkien ma’ 10 mużiċisti Maltin se jingħaqdu flimkien biex itellgħu show il-ġimgħa d-dieħla sabiex ifakkru ħidmet Cecil Satariano.
Pijuniera fil-qasam ċinematografiku, Cecil Satariano se tispira dan ix-xogħol li se jittella’ fil-15 t’April fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.
MODS Collective Meet Cecil Satariano huwa proġett artistiku dwar iż-żewġ films qosra “I’m Furious – Red” (1970) u “Ġużżepi” (1972) li se jsir nhar il-15 t’April fi Spazju Kreattiv, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fit-8pm. Grupp ta’ mużiċisti se jkunu qed jiltaqgħu flimkien għall-erbat’ijiem biex jgħarrxu fuq il-films imsemmija u joħolqu mill-ġdid soundtracks tagħhom.
Fl-1970, Cecil Satariano kienet rebħet it-Ten Best Award għall-film I’m Furious-Red.
Broken Dreams, parti mill-esibizzjoni fotografika multikulturali ta’ Valletta 2018, A Tale of Two Cities, tiftaħ fl-20 ta’ April fil-Mużew Nazzjonali tal-Posta u l-Hub tal-Arti fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni hija kollezzjoni ta’ ritratti ta’…
Nhar il-Ħadd, il-Forti Sant’Iermu se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku biex iżur il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra bla ħlas. Heritage Malta se tagħmel dan fl-istess jum li fih Malta se tikkommemora l-għoti tal-George…
Kuljum minbarra t-Tnejn, ħafna turisti u nies tal-lokal jinġabru fil-Pjazza tar-Repubblika f’Yerevan, l-Armenja, biex jaraw spettaklu ta’ żfin bl-ilma li jkun akkumpanjat minn stallazjonijiet ta’ dawl, filmati u mużika. Il-mużika…
Il-ġimgħa d-dieħla bejn is-16 u l-20 t’April, se jiġi Malta l-Young Mixed Choir Inmmanuël biex itella’ żewġ kunċerti. Il-kunċerti jinvolvu mużika spiritwali li jvarjaw minn salmi tradizzjonali u gospel. Kunċert…