Teatru
Id-Driegħ t’Alla – dramm imtella’ mill-Kumpanija Teatrali Aniċi

“Id-Driegħ t’Alla” huwa dramm fi tliet atti li l-Kumpanija Teatrali Aniċi se ttella’ fis-Sala Dun Edgar tal-Imġarr, nhar is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta’ Novembru 2018.

Dan huwa dramm qawwi ħafna li juri x’jiġri meta l-bniedem joħodha kontra l-volontà t’Alla. L-imħabba tal-bniedem kultant tagħmina, għax naħsbu bħala bnedmin li aħna, u meta ġieli niġu għal ċerti deċiżjonijiet li nkunu ser inbatu aħna, nitfixklu u forsi wkoll nissuppervjaw.

L-istorja turina ġuvni, Oswald, li jrid imur iservi ‘l Alla fil-missjoni u l-missier, ta’ bniedem uman, dgħajjef fit-twemmin, ma jagħtix il-kunsens tiegħu, u saħansitra jisfida ‘l Alla.

X’jiġri minn hawn il-quddiem? Kif jirreaġixxi Oswald għad-deċizzjoni ta’ missieru? U t-twiddib ta’ Patri Klement? “Min iħobb ‘l ommu u ‘l missieru aktar minni, mhux dehen tiegħi”. U Tumas? X’destin ikun inkiteb għal Oswald u missieru? “Sinjur waslet il-qilla ta’ driegħek”.

B’dan id-dramm, il-Kumpanija Teatrali Anici kienet rebħet il-Konkors Teatrali tas-snin 58 – 59 li kien isir propju f’istess sala tal-Imġarr.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

F’din il-ħarifa, Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ The Rubberbodies Collective, se jippreżentaw id-debutt ta’ xogħol teatrali dokumentattiv bejn it-12 u t-18 t’Ottubru. NASSABA – Song of a Bird, miktub minn Jimmy…

Teatru

Il-programm huwa bbażat fuq it-tliet temi ewlenin ta’ Spazju Kreattiv – identità, diversità u eredità. Il-mistiedna nġabru fi Spazju Kreattiv nhar is-Sibt filgħaxija fl-okkażjoni tat-tnedija tal-programm eċitanti u divers tal-2018/2019…

Teatru

Kunċett u Marinton kienu tewmin. Stenna ftit, xejn taħseb li għax b’tewmin  kienu jixxiebħu. Meta kienu żgħar kienu wiċċ wieħed, iżda issa, li qabżu s-sittin, Kunċett u Marinton saru qishom…

Teatru

Unifaun Theatre Company will be hosting the long-awaited performance of this once-banned play. The play has been known to generate controversy among theatre-goers, but staging it is an act in…

Aktar