Mużika
Il-Banda San Gejtanu b’kunċert li jfakkar 112-il sena minn meta twaqqfet

Il-Banda San Gejtanu se tkun qed tfakkar il-112-il sena mit-twaqqif tagħha permezz ta’ Programm Mużikali fit-Teatru l-Imwaqqa’ l-Belt Valletta, nhar il-Ħamis 21 ta’ Ġunju 2018.

Il-Banda San Gejtanu se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro. Jonathan Borg FLCM. Il-programm se jibda fit-7.45pm.

Il-Banda se tkun qed tesegwixxi bċejjeċ mużikali ta’ kompożituri ta’ fama mondjali bħal Sharpe, Teike, Rossini, Rosas u Schubert fost oħrajn.

Hija tradizzjoni Annwali tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu li tfakkar il-ġurnata tat-twaqqif tagħha, l-24 ta’ Ġunju 1906, permezz ta’ programm Mużikali li hija rinomata għalihom.

Kulħadd huwa mistieden jattendi u d-dħul huwa b’xejn, iżda għandhom jinkisbu l-biljetti permezz tal-indirizz elettroniku [email protected] sat-Tnejn 18 ta’ Ġunju 2018.

Biljetti se jkunu disponibbli mad-dħul.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

II-grupp vokali The Swingles ilu jwessa’ l-orizzonti mużikali għal dawn l-aħħar ħamsin sena. Is-seba’ kantanti żgħażagħ li illum jiffurmaw dan il-grupp ibbażat f’Londra – Joanna Goldsmith-Eteson, Federica Basile, Liz Swain,…

Mużika

Fil-25 ta’ Awwissu se jsir kunċert tal-mużika bl-orgni fix-Xewkija, f’Għawdex. Il-kunċert, li se jibda fis-19:30pm, se jitmexxa minn Luke Mitchell fil-knisja ta’ San Gwann Battista fix-Xewkija, Għawdex. Għal aktar informazzjoni…

Mużika

In attempt to fundraise for a newer and bigger Dar BJORN, ALS Malta has partnered up with most of Malta’s most loved Versatile Brass & many local artists in order to put…

Aktar