Wirja
Il-banda ta’ Lourdes fil-Qrendi b’wirja li tfakkar ex-President tagħha

Is-Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi se tkun qed ittella’ wirja li f’għeluq il-mitt sena mit-twelid tal-eks President tas-Soċjetà Dott Ġużè Cassar (1918-2018). Dott Ġużè Cassar huwa is-7 President tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes. Avukat u politiku maħbub minn bosta.

Dott Cassar jibqa’ mfakkar bħala l-avukat tal-Festi Sekondarji bħalma kien jindirizzah l-Arċisqof Mikiel Gonzi, dan għaliex kien propju hu li kien imur jissielet fis-snin sittin u sebgħin sabiex il-festi sekondarji jiġu ċċelebrati bi sħiħ, mingħajr ebda distinzjoni fosthom bl-armar tar-raħal kollu.

Ġużè laħaq President tas-Soċjetà fl-1942 u baqa’ jokkupa l-kariga sa mewtu fis-27 ta’ Novembru 2001. Fis- 60 sena bħala President tal-Ewwel Banda u l-Ewwel Soċjetà Qrendija, Dott Cassar ħadem, stinka, u bl-ikbar diplomazija kiseb l-akbar kisbiet fl-agħar żminijiet għall-festi sekondarji tant għeżież għall-Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Il-Qrendi huwa raħal qadim bi storja ferm akbar minnu. Madankollu ir-raħal tipiku tal-Qrendi mhuwiex biss it-tempji preistoriċi, imma huwa wkoll sensiela ta’ punti ta’ riferimenti storiċi li flimkien jagħmlu damma…

Arti

Corrado Iozia twieled f’Borzonasca nhar il-21 ta’ Settembru 1943. Iozia huwa Pittur-skultur figurattiv ta’ fama li ħa sehem f’diversi wirjiet kemm fl-Italja, Sqallija kif ukoll f’Malta u f’Għawdex. Din hija is-seba’…

Wirja

Il-wirja Il-Belt Valletta u d-Dumnikani fil-Belt: mixja waħda li qed tittella’ bħalissa fil-kunvent tal-Ordni Dumnikan fil-Belt matul din il-ġimgħa tikkumplimenta tajjeb ħafna mal-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu u San…

Kultura

L-Armerija u l-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru se jkunu miftuħin bla ħlas għall-viżitaturi nhar il-Ġimgħa, festa pubblika.  Heritage Malta se tagħti din l-aħħar opportunità lill-Maltin u t-turisti biex iżuru wkoll il-wirja…

Aktar