Mużika
Il-Banda tal-Palazz . . . fil-ġonna tal-Palazz Verdala
Bħala parti mill-attivitajiet mtella’ mis-Soċjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru tar-Rabat biex tfakkar il-150 sena mit-twaqqif tagħha, nhar il-Ġimgħa 4 t’Ottubru 2019 se jittella’ programm vokali u strumentali taħt il-patrocinju tal-E.T. il-President ta’ Malta, Dr George Vella, ġewwa l-ġonna tal-Palazz Verdala, il-Buskett fis-7:30pm.
F’dan il-programm mużikali l-Banda Cittadina Konti Ruġġieru se tesewgixxi xogħlijiet mużikali tas-Surmast Diretturi li kellha matul dawn il-150 sena u se jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-Banda tal-Palazz, l-isem magħżul għall-attività sar biex jitfakkar meta l-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru kienet tiġi mistiedna ddoqq fil-garden parties li kien jagħti il-Gvernatur ta’ Malta, Sir Leslie Rundle (1909 – 1915), ġewwa l-ġonna tal-Palazz Verdala, il-Buskett.
Aħbarijiet Oħra
Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika G. M.Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re ser itella’ l- kunċert mużikali tagħha fl-10 ta’ Novembru fis-Sala Temi Zammit fl-Università ta’ Malta ifs 7 ta’ filgħaxija. Il-kunċert…

Mużika

It has been an amazing summer of outdoor concerts and live entertainment, in virtually every village on Gozo. It was fantastic to witness the best of Maltese and Gozitan talent…

Mużika

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Festivals Malta u l-Kumitat Festi Nazzjonali, se jtellgħu l-kunċert tal-Indipendenza, b’xogħolijiet rinomati minn kompożituri Maltin u internazzjonali fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt. Il-protagonisti tal-kunċert…

Mużika

Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Settembru, is-St Paul Chamber Ensemble se tkun qed tagħti bidu għalll-istaġun mużikali b’kunċert organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija b’kollaborazzjoni mal-Medina Foundation for Music. Għal darb’oħra…

Aktar