Kultura
Il-Banda tal-Unjoni f’Ħal Luqa żżomm it-tradizzjoni tal-marċ tal-anġlu

L-oriġini tal-festi Maltin imur lura għal nofs is-seklu tmintax. Din it-tradizzjoni baqgħet tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra, tul iż-żmien. Fir-raħal ta’ Ħal Luqa, il-festa ad unur il-patrun Sant’ Andrija hija waħda mill-antiki li nsibu fil-ġżejjer Maltin. Lura għall-1880 twaqfet is-Soċjeta Filarmonika l-Unjoni, l-Ewwel Banda ġewwa Ħal Luqa.

Din is-Soċjetà minn dejjem rat kif tkabbar il-festi ad unur il-patrun tar-raħal. Fil-fatt, fl-1885 kien ġie inkarigat l-istatwarju famuż Karlu Darmanin biex jaħdem statwa popolari tal-anġlu li jirrapreżenta il-martirju u glorja ta’ Sant’ Andrija Appostlu. Dan l-anġlu kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Ħal Luqa u nħadem biex fil-marċ ta’ lejliet il-festa jittella’ fuq il-pedestall tiegħu f’nofs il-pjazza prinċipali tar-raħal.

Dak iż-żmien wieħed ma kienx issib inġenji u makinarji biex dawn l-istatwi jitilgħu bihom fuq il-pedestall, kif naraw f’ ħafna festi Maltin illum il-ġurnata. Din l-istatwi kienet tittella’ fuq l-idejn minn numru ta’ persuni wara li kienu jarmaw struttura apposta biex jitilgħu fuqha u jtellgħu l-istatwa. Wieħed għadu jsib din it-tradizzjoni biss ġewwa Ħal Luqa. L-istatwa tal-anġlu ilha għal dawn l-aħħar 134 sena tittella’ b’dan il-mod tradizzjonali li ghalih jigbed folla kbra ta’ nies minn madwar Malta u Għawdex.

Din is-sena l-marċ tal-anġlu ser ssir nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju. Fit-8:30pm il-Banda popolari L-Unjoni tibda marċ minn quddiem il-każin fi Triq Sant’ Andrija u timxi ma’ diversi toroq tal-Parroċċa. Għal ħabta tal-11.00pm il-marċ jasal fil-pjazza prinċipali, fejn jintemm bit-tlugħ tradizzjonali tal-anġlu fuq il-pedestall tiegħu.

Waqt li jkun għaddej il-marċ, minn ġewwa l-pjazza wieħed jista jgawdi spettaklu ta’ nar maħdum mill-membri tas-St. Andrew’s Fireworks Factory, kif ukoll jammira l-isbaħ armar tal-festa.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, Gudja se ttella’ l-kunċert Factus Obidiens Usque Ad Mortem. Il-kunċert se jittella’ fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Santa Marija nhar il-Ħadd, 7 t’April fis-6.30pm. Se jieħdu sehem…

Kultura

Il-Karnival fil-Marina llum sar imfittex ħafna fiż-żona ta’ Marsamxett, fejn bosta huma dawk li jgħixu fiż-żoni ta’ Tas-Sliema, Gżira, Msida, Pieta’ u naturalment Ta’ Xbiex, li jżuru dan il-Karnival. Din…

Kultura

Għalkemm nafu nemmnu li l-antenati antiki tagħna kienu differenti ħafna minna, il-bżonnijiet fundamentali fiżjoloġiċi u psikoloġiċi tagħhom aktarx kienu pjuttost simili. Dan hu mfassal b’mod grazzjuż fl-istatwetta preistorika li turi…

Kultura

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Frar 2019, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Dr Steve Borg se jagħmel taħdita dwar ir-riċerka li ppubblika f’żewġ volumi ta’ kotba, Il-Maltin: Għemilhom,…

Aktar