Mużika
Il-Beland Music Festival se jsir bejn it-3 u l-5 ta’ Mejju

Imħabbra d-dati għall-Beland Music Festival 2019, li issa dieħel fit-tmien edizzjoni tiegħu biex sar wieħed mill-aktar popolari mal-poplu Malti fost il-kalendarju ta’ avvenimenti mużikali stabbiliti fuq bażi nazzjonali.

Bejn it-3 u l-5 ta’ Mejju li ġej, iż-Żejtun jerġa jospita numru ta’ artisti lokali fuq l-istage ta’ dan il-festival, anke permezz tal-kuntest li jiftaħ fil-jiem li ġejjin għall-artisti, gruppi u mużiċisti promettenti.

Bħal kull sena, qed jinħema programm li jolqot lil udjenzi diversi, waqt li diġà għaddej ukoll ix-xogħol kollu preparatorju u loġistiku minn dawk involuti.

Il-Beland Music Festival se jkun qed jerġa’ jittella’ bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti. Fil-ġimgħat li ġejjin se tkun żvelata aktar informazzjoni fis-sit belandevents.com.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-Qtates ta’ max-Xatt huwa spettaklu maġiku għat-tfal li se jiftaħ il-programm ta’ Teatru Malta għall-2019 fit-23 u l-24 ta’ Frar bi sħubija ma’ Festivals Malta. Din il-produzzjoni hija adattament tal-ktieb…

Mużika

Rock ’N Malta are proud to present Pink Floyd’s founding member Nick Mason and his band Saucerful of Secrets live in concert on the 10th of July at St.George’s Square,…

Mużika

Iktar minn 40 drummer Belġjan u iktar minn 50 drummer Malti se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Drumfest li se jsir f’Malta. Il-festival jikkonsisti f’medley ta’ kanzunetti popolari li se…

Mużika

Il-kantant Taljan Gianni Morandi se jagħti kunċert f’Malta f’April li ġej.  Morandi se jkanta l-iktar kanzunetti li kiseb suċċess bihom f’kunċert ta’ sagħtejn li se jieħu lill-udjenza fi vjaġġ tul…

Aktar