Wirja
Il-Birżebbuġin qed jibnu l-ikbar siġra tal-Milied

Għat-tielet sena konsekuttiva ser issir l-attività Milied fil-Pjazza fil-pjazza ta’ Birżebbuġa. Fiha ser jinkiser rekord nazzjonali ieħor; dak tas-siġra tal-Milied.

Is-siġra se tkun twila 15 il-metru u wiesgħa 6 metri. Ħa tkun struttura tal-ħadid mekkanizzata u s-siġra ddur kollha. Fiha s-siġra jkollha 24000 bozza led u ħa tkun sinkronizzata bid-dawl, flimkien ma’ 6 siġriet oħra waħda iżgħar minn l-oħra, u 6 arkati kbar b’effetti bid-dawl b’total ta’ 30000 bozza led oħra.

Dan ix-xogħol jinħadem kollu minn grupp ta’ voluntiera tal-paroċċa ta’ Birżebbuġa. Apparti r-rekord ser ikun hemm Bankarelli tal-Milied, Workshop tal-pasturi għat-tfal, Santa Klaws, spettaklu u ħafna affarijiet relatati mal-Milied.

Dan kollu ser isir nhar is-Sibt 8 ta’ Diċembru mill-5.30 ‘il quddiem u l-Ħadd 9 ta’ Diċembru mit-8 ta’ filgħodu sa 8.30 ta’ filgħaxija.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Samson is a Maltese national of Ethiopian origin best known as an actor, magician, musician and entertainer. His latest discovery is that of painting. Samson has been living in Malta…

Wirja

L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem ser tkun qed torganizza, għas-16-il sena konsekuttiva, il-Wirja Annwali tal-Presepji, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, nru. 71, Triq Bwieraq, Birkirkara. F’din il-Wirja ser ikun hemm…

Arti

Tandem hi wirja tal-arti, bħala parti mill-inizjativa tal-Ministeru għal Għawdex “Milied f’Għawdex”, minn Galina Troizky, imwielda r-Russja, u l-Malti Henry Alamango – illum it-tnejn joqogħdu Għawdex. Wara li ggradwat f’Moska,…

Wirja

Is-Sotto Kumitat għall-Kultura ‘Excelsior’ fi ħdan is-Soċjetà tal-Mużika Trinità Qaddisa tal-Marsa għal darb’oħra qed jorganizza wirja unika, fejn din id-darba l-esebizzjoni tiġbor flimkien għadd sabiħ ta’ ‘Santi Belli’ uniċi. Din…

Aktar