Produzzjoni
Il-Bronk Productions itellgħu kummiedja mużikali ‘Il-Mazzetta ta’ Strada Stretta’

Il-Bronk Productions itellgħu kummiedja mużikali ‘Il-Mazzetta ta’ Strada Stretta’.

L-istorja tal-kummiedja mużikali Il-Mazzetta ta’ Strada Stretta tieħu lill-udjenza lura fi Strada Stretta lura fis-snin sittin.

L-istorja titratta dwar Kolinu li flimkien ma’ bintu Dorina u oħtu Katrina jkunu jmexxu l-Lolita Bar fejn kien ikollhom żjara minn kull baħri Ingliż li kien jirfes pajjiżna. Iżda mhux il-baħrin biss kienu jfittxu l-Lolita Bar imma anke rġiel oħra Maltin. Hawnhekk tinħoloq praspura li ħadd ma jkun qed jistenna.

Il-kummiedja se titella’ fl-Istitut Kattoliku fil-Floriana s-Sibt 3 ta’ Frar fis:7pm u l-Ħadd 4 ta’ Frar fl-4pm.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-uffiċċju tal-Bronk jew onlajn fuq www.activemalta.com jew billi ċċemplu fuq 21223347 jew 27223347.

 
Jieħdu sehem: Tonio Vella, Paul Bonello, Stephanie Grech Mallia, Pauline Busuttil, Antoine Cauchi, Brendan Mallia, Louis Gatt, Benny Casha, Pierre Bonello, Joseph Borg, James Fenech, Naomi Busuttil, Maria Cristina Desira, Justine Delmar, Adrian Grech u Fabio Castorina.

Aħbarijiet Oħra
Produzzjoni

Moveo Dance Company, ippremjata l-Premju għall-Arti bħala l-Artist tas-Sena 2017, se tippreżenta produzzjoni taż-żfin għat-tfal ġot-Teatru Salesjan. Blooming Creatures hija produzzjoni ispirata min-natura u permezz taż-żfin tesplora movimenti ta’ kreaturi jinteraġixxu ma’…

Attivita, Produzzjoni

Il-Ġimgħa Mqaddsa mal-Franġiskani, Musical fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani. Waqt din il-produzzjoni, mhux se jinżammu r-regoli tas-soltu, b’personaġġi bħal Pilatu, San Ġwann, is-Suldat li tah is-swat kif…

Attivitajiet Kulturali, Produzzjoni

Drammi tal-Passjoni, wieħed sar isibhom f’kull belt u raħal f’Malta. Storja tirrepeti ruħha, forsi bi ftit kliem differenti, imma xejn ġdid. U kien propju dan li l-Għaqda Talent Dingli ma…

Produzzjoni, Teatru

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, f’Ħadd il-Palm, it-toroq u l-pjazza ta’ Ħal Għargħur, se jinbidlu fi spazju teatrali għall-familja kollha.  Imma għax nhar Ħadd il-Palm, f’Ħal Għargħur se jkun hemm drama,…

Aktar