Il-faħam miblul tal-espressjonijiet – taħdita ta’ Martin Morana

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Jannar 2019, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Martin Morana se jagħmel taħdita fuq “Il-Faħam Miblul tal-Espressjonijiet” bħala parti mill-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn.

It-taħdita se tiffoka fuq in-nisel ta’ ċerti termini u espressjonijiet li l-kelliem kiteb dwarhom fit-tliet kotba li ppubblika u dwar kliem ġdid ieħor (verament kliem antik) li skopra dan l-aħħar minn diversi sorsi. Il-kelliem se juri kif ċertu kliem infilsa ruħu fit-tessut tal-lingwa u sar parti mil-lingwaġġ, u kif kultant bidel it-tifsira tiegħu matul is-sekli.

Din it-taħdita qed issir bl-għajnuna tal-Klabb Kotba Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Reliġjon

Il-Wirja Ġrajjiet il-Fidwa, li din is-sena tagħlaq għoxrin sena minn meta bdiet titella’, hija waħda mill-wirjiet stabbiliti. Din qegħda titella’ ġewwa l-bini tal-Kunsill Lokali fi Triq San Ġużepp l-Isla, u…

Attivita'

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni…

Reliġjon

Dramm li qed jitella’ fi żminiejiet tal-Ġimgħa Mqaddsa mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Mairja fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba u li kull sena ikollu fiħ xi…

Aktar