Attivita'
Il-Festival Gaulitana jirritorna b’edizzjoni marbuta mat-tema “il-Mara fis-Soċjetà”

Il-Festival Gaulitana jirritorna bejn it-8 ta’ Marzu u s-7 t’April 2019, b’edizzjoni li ser tkun marbuta mat-tema “Il-Mara fis-Soċjetà”. Il-festival ħa spunt mill-Manon Lescaut (l-opra magħżula għal din is-sena) u ser jenfasizza l-irwol tal-mara fl-arti u fis-socjetà.

Din il-festa ta’ arti ser tippreżenta attivitajiet relatati ma’ dan is-suġġett: esebizzjoni minn artisti femminili Ċiniżi u taħditiet intitolati “Women in Music” u “Women in Society”, waqt li l-kunċerti ser jinkludi numru ta’ xogħlijiet miktubin minn kompożituri nisa. Barra min hekk, Clara Schumann ser tiġi kkommemorata f’għeluq il-200 sena mit-twelid tagħha permezz ta’ diskussjoni, żewġ kunċerti u l-iscreening tal-film “Song of Love”.

Gaulitana ser jiċċelebra wkoll żewġ nisa – Marcelline Agius, li qed tagħlaq 25 sena bħala leader tal-Malta Philharmonic Orchestra, u Miriam Gauci, Honorary Patron tal-festival. Agius ser tkun is-solista għall-“Lark Ascending” fis-Symphonic Concert ta’ l-MPO li ser jiftaħ il-festival. Gauci, mill-banda l-oħra, ser tinterpreta l-irwol prinċipali fil-Manon Lescaut, l-opra ta’ Puccini li ser tkun qed tittella’ hawn Malta wara nuqqas ta’ 22 sena.

Il-festival ser ikollu numru ta’ artisti lokali u internazzjonali, fosthom il-vjolinista tal-Warner Classics Davide Alogna, il-Forte Trio mill-Kazakhstan, il-ControArco Consort u l-flawtista rinomat Enzo Caroli. Barra minn hekk, l-IsteelWind Chamber Saxophone Quartet ser idoqqu ġewwa t-Tempji tal-Ġgantija waqt li Reggie Clews jinterpreta l-24 Kapriċċ ta’ Paganini waqt “A Trail of Victoria” ġewwa 3 kappelli.

Alexander Frey għal darb’oħra ser ikun l-Artist-in-Residence f’edizzjoni li ser tospita l-esebizzjoni “Puccini: The Artist & The Man”. Il-programm eċċitanti ta’ attivitajiet jinkludi l-Espresso series ġewwa ċ-Cittadella, il-MusicAlive series, avvenimenti li jippreżentaw muzika live lil udjenza aktar estiża, flimkien mal-GAULearn, il-programm edukattiv tal-festival.

Gaulitana huwa parti mill-Gozo Cultural Support Programme tal-Arts Council Malta f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex. Booking għall-Manon: www.teatruaurora.com/79045779

www.gaulitanus.com

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat. Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk…

Attivita'

Li tkun preżenti fit-tempji preistoriċi tal-Mnajdra, l-Qrendi, fi sbieħ il-jum huwa diġà mument uniku. Iżda għada, il-pubbliku se jkun jista’ josserva wkoll l-ewwel raġġi tax-xemx hekk kif jidħlu direttament mill-entratura…

Attivita'

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, se jsir seminar dwar “L-Għasafar trid Għasafar: Il-Lingwaġġ tan-Nassaba” bis-sehem ta’ Raymond Cordina, Michael Grima, Louis Camilleri,…

Attivita'

Wara 35 sena, fuq kitba ta’ Manwel Haber, ACTion Productions se terġa’ tippreżenta l-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib. L-istorja ta’ din il-kummiedja ddur mal-familja Mula. Jessie, tfajla mqarba u…

Aktar