Mużika
Il-Festival Internazzjonali tal-Mużika Bir Miftuħ

Il-Festival Internazzjonali tal-Mużika Bir Miftuħ li jiġi organizzat kull Rebbiegħa minn Din l-Art Ħelwa, se jsir b’tliet kunċerti bejn il-25 ta’ Mejju u s-16 ta’ Ġunju.

Il-festival se jsir fil-knisja medjevali ta’ Santa Marija ta’ Bir Miftuħ, fil-limiti tal-Gudja.

L-ewwel kunċert se jsir fil-25 ta’ Mejju fis-19:30 fejn se jkun kunċert li jibbaża ruħu fuq il-ħoss tal-kitarra u tal-Mandolin ta’ CORDAminazioni Duo ta’ Tiziano Palladino – mandolin u Davide Di  Ienno – kitarra. Id-duo mistennija jinterpretaw xi xogħlijiet ta’ Corelli, Gervasio, Rossini, Mascagni, Bellafronte u Piazzolla.

It-tieni kunċert se jsir fl-1 ta’ Ġunju 2018 fit-20:00 li se jiddomina fih il-ħoss tal-violoncello u l-pjanu. Idoqqu f’dan il-kunċert se jkunu d-duo Karlsruhe Konzert fejn Reinhard Armleder se jdoqq iċ-cello u Dagmar Hartmann il-pjanu.  Huma mistennija jinterpretaw xi kompoizzjonijiet ta’ Schumann, Mendelsshon, Liszt, Brahms, Fauré, Debussy, Granados u  De Falla.

Fis-16 ta’ Ġunju, 2018 se jsir l-aħħar kunċert ta’ dan il-festival. Hawnhekk mistennija jdoqqu The Isouard Ensemble li huwa magħmul minn Vincenzo Picone – vjolin, Ian Ellul – vjolin, Matthew Fenech – viola u Gjorgji Cincievski – double bass.

Biljetti għal kunċert huma donazzjoni ta’ €20 u għat-tliet kunċerti f’daqqa €50. Għal aktar informazzjoni dwar booking u l-avveniment wieħed jista’ jċempel fuq 21225952/21220358 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:30a.m. u s-1:30p.m.  jew b’email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Maltese tenor Nico Darmanin will be holding his first-ever big band swing concert in Malta next February – just in time for Malta’s swing-music lovers to enjoy a truly unforgettable…

Mużika

Imħabbra d-dati għall-Beland Music Festival 2019, li issa dieħel fit-tmien edizzjoni tiegħu biex sar wieħed mill-aktar popolari mal-poplu Malti fost il-kalendarju ta’ avvenimenti mużikali stabbiliti fuq bażi nazzjonali. Bejn it-3…

Mużika

Matul is-sena 2019, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara qed tħejji programm speċjali ta’ attivitajiet sabiex jitfakkar dan l-anniversarju speċjali u importanti, tal-għaqda li twaqqfet fl-1919. Proprju għada s-Sibt 5 ta’…

Mużika

Gaulitana: A Festival of Music will present the concluding concert of the Miriam Gauci Vocal Master Class on the 6th of January, 2019 at 19:00hrs at the Ministry for Gozo…

Aktar