Edukazzjoni
Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħareġ il-programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018.

Il-Festival se jsir fil-quadrangle tal-Università fil-21-22-23 ta’ Marzu u se jkun miftuħ fil-21 u fit-22 ta’ Marzu mid-9am sa l-4pm u mid-9am sa tard nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu. Il-programm huwa mimli attivitajiet, li jinkludu tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, intervisti u taħditiet ma’ awturi, artisti u akkademiċi, kollha maħsuba biex jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom ikunu ta’ interess kbir għal studenti universitarji kif ukoll għall-membri tal-pubbliku li għandhom għal qalbhom il-kotba u l-letteratura.

Fost l-attivitajiet ewlenin ta’ din is-sena ser ikun hemm workshop u żewġ taħditiet mal-mistieden speċjali, Jasmin B. Frelih, kittieb Sloven u rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Letteratura (2016).

L-awtur lokali Immanuel Mifsud se jmexxi taħdita ma’ Frelih dwar it-tema tal-letteratura Jugożlava, filwaqt li Noel Tanti se jintervista lill-awtur fuq suġġetti aktar ġenerali. Frelih se jieħu sehem ukoll f’sessjoni ta’ palk ħieles li se ssir fl-aħħar jum tal-Festival, il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu. Dawk kollha li jżuru l-Festival huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-attività u jitilgħu fuq il-palk sabiex jaqraw, jkantaw, idoqqu jew jirreċtaw xi test preparat għall-okkażjoni jew inkella spirtu pront.

Attivitajiet oħra jinkludu għadd ta’ tnidijiet ta’ kotba bħal The Maltese Cinderella ta’ Dr Veronica Veen, preżentazzjoni dwar William Blake u t-tekniki tal-istampar mill-artist lokali magħruf Jesmond Vassallo, żewġ sessjonijiet mal-istudjuż Ġermaniż Moritz Sommer, kif ukoll ser jintwera film qasir ta’ 16-il minuta, Frankenstein ta’ J. Searle Dawley, segwit minn diskussjoni dwar l-adattament tal-kapolavur ta’ Mary Shelley għaċ-ċinema ma’ Prof. Savior Catania u Prof. Gloria Laura Lucente.

Għal dawk b’interess fil-lingwa Maltija u l-istorja tagħha, Għaqda tal-Malti ħejjiet numru ta’ attivitajiet eċċitanti, inkluż diskors minn Dr Bernard Micallef dwar intellettwali Malti tas-seklu 17, Giovan Francesco Bounamico, diskussjoni ta’ Michael Zammit dwar il-filosofija bil-Malti, u żjarat iggwidati fit-taqsima tal-Melitensia tal-Librerija tal-Università li normalment ma tkunx miftuħa għall-pubbliku.

Il-Ktieb Festival fuq il-Kampus, li huwa mtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università, huwa miftuħ għal studenti, akkademiċi u membri tal-pubbliku. Għal aktar informazzjoni segwi l-paġna FB tagħna u s-sit tagħna (www.ktieb.org). Tista’ tniżżel il-programm f’format pdf direttament mis-sit tal-KNK.

 

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Diċembru 2018, fis-6.00pm, Francesca Attard se tagħmel taħdita fis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali bit-tema, “L-Għanjiet tal-Milied.” Din it-taħdita, organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università, hija miftuħa għal kulħadd u se…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Diskussjoni

Are you interested in global wildlife? If yes, then come along to our upcoming Nature Meet-up at Salina Nature Reserve, that will discuss the plight of Puffins. This talk will shed…

Edukazzjoni

Now that we are amidst the Summer months, going for a swim is both refreshing and enjoyable to most. However, there are many risks associated, one of which is drowning….

Aktar