Attivita'
 Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua

Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, proġett kollaborattiv ġdid mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, huwa festival ta’ ġurnata li se jsir fid-29 ta’ April fix-Xatt ta’ Bormla u se jkun iddedikat lit-tfal u l-kotba tat-tfal. Ħames pubblikaturi se jesibixxu l-kotba tagħhom u programm kulturali b’attivitajiet ta’ qari, laqgħat ma’ awturi u attivitajiet divertenti ġie mħejji għall-okażjoni.

Il-Festival se jiftaħ fid-9: 45 ta’ filgħodu fil-preżenza tas-sindku ta’ Cospicua, is-Sinjura Alison Zerafa, u l-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri. Fost l-attivitajiet imħejjija għal din il-ġurnata, se jkun hemm sessjonijiet ta’ qari mal-awturi Clare Azzopardi u John A. Bonello. Ġew ippreparati attivitajiet oħra ta’ qari u ta’ interess letterarju b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu. Il-programm sħiħ jista’ jinstab hawn taħt.

Il-pubblikaturi li se jipparteċipaw fil-festival huma: FARAXA, MERLIN PUBLISHERS, WISE OWL, MILLER u MIDSEA BOOKS.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Cospicua għall-kollaborazzjoni tagħhom, l-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu għall-organizazzjoni tal-attivitajiet ta’ qari “Aqra Miegħi” u l-pubblikaturi li qed jipparteċipaw fl-avveniment. Il-KNK jirringrazzja wkoll lil Henry Abela għall-għajnuna tiegħu bl-editjar diġitali tal-artwork.

9:45 Ftuħ uffiċjali

10:30 Rakkonti: John A. Bonello

John A. Bonello se jkun qed jaqra siltiet mill-kitba tiegħu lit-tfal u jinvolvihom fil-proċess tar-rakkont billi jistedinhom jaqtgħu x’se jiġri. (etajiet 7-12)

11:00 Attività ta’ qari – Aqra Miegħi

Attività ta’ qari għat-tfal imtella’ b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (minn 5-6 snin)

11:30 Rakkonti: Clare Azzopardi

Clare Azzopardi se jkun qed jaqra siltiet mill-ktieb tagħha Il-Qtates ta’ max-Xatt (etajiet 4-5)

12:00 Attività ta’ qari – Aqra Miegħi

Attività ta’ qari għat-tfal imwaqqfa b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (minn 5-6 snin)

14:00 Iltaqa’ mal-awtur – Kirsten Spiteri

Kirsten Spiteri, l-awtur ta’ The Wave u Far From Home, se jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu bħala awtur emerġenti u se jkun ukoll qed jaqra siltiet miż-żewġ rumanzi tiegħu. L-attività hija mtella’ minn Faraxa.

19:00 Tmiem tal-Festival

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar is-Sibt 11 t’Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, il-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown se tella’ t-tieni edizzjoni tal-kunċert Notte Italiana. Għal darba oħra dan il-kunċert ser ikun…

Attivita'

Biex tiżdied iktar il-kuxjenza dwar il-volumi ta’ skart tal-plastik li jintrama’ u jispiċċa fil-baħar, tliet għawwiema se jagħmlu sfida b’għama ta’ 70 kilometru madwar Malta. It-tliet għawwiema – Neil Agius,…

Attivita'

Qatt kilt laħam tal-kukkudrill?  Tixtieq tippruvah?  Issa huwa ċ-ċans li dduq kebabs tal-kukkudrill waqt l-edizzjoni li jmiss tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Ikel fl-Imdina. L-aroma tal-kċina Amerikana, Ġermaniża, Taljana, Spanjola, Orjentali, Tajlandiża,…

Aktar