Attivitajiet Kulturali
Il-Fjakkolata f’Għawdex se ssir nhar il-Ħadd

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija.

Il-Fjakkolata kellha ssir il-Ħadd li għadda iżda tħassret minħabba l-maltemp.

F’dan l-avveniment, jinxtegħlu ‘l fuq minn 3000 bott bil-fjakkoli fejn jiġu mferrxa madwar l-għolja ta’ Għar Ilma.  Dan ir-raħal niżżel ismu ukoll fil-Malta Records bl-akbar fjakkolata f’dawn il gzejjer.

Din hija xi ħaġa unika li ssir darba f’sena f’dan ir-raħal ċkejken f’Għawdex. Fil-pjazza tar-raħal, ser isiru diversi attivitajiet oħra, fosthom daqq strumentali, mużika u wieħed se jsib jixtri wkoll ikel tradizzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Il-Karnival huwa wieħed mill-eqdem festivals storiċi f’Malta, bi ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja kkreditata u dokumentata li tmur lura għal żmien il-Kavallieri f’Malta. Kreazzjonijiet artistiċi ġodda jinħolqu waqt…

Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Aktar