Attivita'
Il-Forzi Armati ta’ Malta b’kunċert b’riżq Id-Dar tal-Providenza

Il-Kunċert annwali mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta b’riżq Id-Dar tal-Providenza fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Persuni b’Diżabilità, se jsir fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Diċembru 2018 fit-8pm.  Il-kunċert vokali u strumentali se jkun taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, u l-Mons. Arċisqof Charles J Scicluna u se jsir bil-korteżija tal-Kapitlu Metropolitan. Bħala parti mill-kunċert jitħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2018.

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Kaptan Jonathan Borg bis-sehem tal-Coro Bel Canto, immexxi mis-Surmast Hermann Farrugia Frantz. Se jindaqqu xogħlijiet ta’ Theodore Moses Tobani, Pyotr IlyichTschaikovsky, Wolfgang Amadeus Mozart, Arnold & Brown, Johann Sebastian Bach, Carlo Giuseppe Rossi, Kurt Hahn, Cesar Frank, Karl Jenkins u George Frideric Handel.

Id-diskors ewlieni li din is-sena se jsir minn Dr Alistair Degaetano se jiffoka fuq l-Awtiżmu.

Id-dħul għaIl-kunċert huwa bla ħlas u kulħadd huwa mistieden.  Biljetti tad-dħul jistgħu jinkisbu billi wieħed iċempel fuq 2146 2844 jew jibgħat imejl fuq[email protected]. Biljetti jistgħu jinkisbu wkoll mill-Media Centre, Blata l-Bajda u mill-uffiċċju tad-Dar tal-Providenza fi Triq San Pawl fil-Belt (wara s-suq) li jkun miftuħ mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9am u 12pm.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jtella’ Villaġġ tal-Milied fi Pjazza San Filep u Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ. L-attività, li qed tittella’ bil-kolloborazzjoni mal-Kadini tal-Banda u bl-attendenza tal-Iscouts, se ssir nhar l-Erbgħa li…

Attivita'

Nhar it-Tnejn 17 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar ser jittella’ l-kunċert annwali għal żmien il-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Din is-sena, il-kunċert għandu sinifikat akbar minħabba l-fatt li matulu ser ikun…

Attivita'

Għal darb’ oħra l-kunċert annwali tal-kor The New Choral Singers se jittella’ fuq żewġ serati: nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru, fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl ġewwa l-Belt Valletta, u…

Attivita'

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola. Din is-sena Pjazza Milied se tinkludi attrazzjoni unika bil-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi, fil-proġett Magna Żmien li qed isir…

Aktar