Mużika
Il-Gozo Youth Wind Band bi spettaklu mużikali fl-Imġarr Marina

Wara s-suċċess li kisbet il-Gozo Youth Orchestra bil-preżentazzjoni tat-12-il edizzjoni tal-ispettaklu mużikali Opera vs Pop under the Stars fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex nhar it-Tnejn 29 ta’ Lulju, issa jmiss lil Gozo Youth Wind Band bl-ispettaklu Stage and Proms on the Sea nhar it-Tnejn 9 ta’ Settembru 2019 fit-8.30pm fl-Imġarr Marina ix-Xatt.  Għadd ta’ mużiċisti żgħażagħ Għawdxin imsaħħa minn xi mużiċisti oħra Maltin u barranin  taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr Joseph Grech jinsabu bħalissa għaddejjin bil-preparamenti għal din il-ħames edizzjoni ta’  dan l-ispettaklu mużikali li se jkun jinkludi siltiet minn shows li jittellgħu fil-West End ta’ Londra flimkien ma’ spettakli oħrajn.  Kull min jattendi se jkun jista’ jgawdi siltiet minn Musicals popolari u magħrufa kif ukoll ‘encoures’ klassiċi li jsiru  fil-‘Proms Final Night’  fir-Royal Albert Hall fil-belt kapitali tar-Renju Unit.

Il-pubbliku jista’ jattendi u jsegwi bilwieqfa dak kollu li jkun għaddej fl-Imġarr t’Għawdex inkella jagħżel li jibbukkja li joqgħod bilqegħda f’dan l-indirizz elettroniku: [email protected] jew iċempel fuq 79421611/99421611.

Din l-attività qed issir bil-għajnuna sħiħa tal-Gozo Culture Fund fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u b’kolloborazzjoni mal-MTA, Gozo Culture and Information Office, Visit Gozo u Mġarr Marina.

Is-Sibt  2 ta’ Novembru 2019, il-Gozo Youth Orchestra se tkun qed tippreżenta Kunċert Rock u Orkestrali mlaqqam  “Not Just . . . The Wall” (b’mużika tal-Pink Floyd)  taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr Joseph Grech fit-Tejatru tal-Opera Aurora bis-sehem ta’ ‘Cash and Band’.  Jieħdu sehem is-solisti Neville Refalo, Chris Grech, Cheryl Balzan, Sarah Bonnici, Keith Anthony, Kevin McGowen, Dorothy Bezzina u l-NTJW Choir.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kunċerti tħassru minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, iżda xi kantanti qed jagħżlu li jibqgħu jferrħu lill-pubbliku bil-mużika mid-dar. Ivan Grech tal-Wintermoods illejla se jkun qed jagħti kunċert minn fuq it-terazzin tad-dar tiegħu…

Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira,…

Mużika

Nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru se tittellgħa l-ewwel edizzjoni tal-Festival Kantamagħna – festival għall-kantanti tfal u żgħażagħ ġewwa t-Teatru Astra. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, qalet li dan il-festival se…

Mużika

Reġa’ wasal il-Malta International Organ Festival, festival tant mistenni minn dawk kollha dilettanti tal-knejjes u mużika klassika, li din is- sena ser ikun mit-22 ta’ Novembru sas-6 ta’ Dicembru bi ħmistax…

Aktar