Mużika
Il-Guggen Band mistiedna biex iddoqq mużika Maltija fi Sqallija

Il-Big Friends Guggen Musik Band bejn is-26 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru ser tkun Leni fi Sqallija, fejn ser tesegwixxi mużika Maltija u għal darb’ oħra tkun ta’ ambaxxatriċi għal pajjiżna.

Leni, belt metropolitana li hi Patrimonju tal-Umanità, tagħmel parti mill-provinċja ta’ Messina u parti mill-arċipelagu tal-gżejjer Eolie. Hi belt żgħira u tinsab fl-itenerarju enogastronomiku “Strada del Vino della Provincia di Messina”. Il-patruna ta’ Leni hi l-Madonna del Terzito li l-festa tagħha tiġi ċċelebrata fit-23 ta’ Lulju. Is-santwarju tal-Madonna del Terzito jmur lura għall-1630.

Il-mawra tal-Guggen Band f’Leni hi t-tnax il-safra tal-banda fl-10 snin il ilha mwaqqfa. Il-Guggen Musik fl-aħħar 10 snin żaret Diversi pajjizi u bliet marufa bhal Dubai u Abu Dhabi fl-Emerati Għarab Maqgħuda; Sousse u Hammamet fit-Tunesija u Capo Dolorado u Acireale fi Sqallija u Creta Grecja.

F’Leni, il-Guggen Musik Band ser itella’ tliet programmi mużikali ġewwa tliet pjazez ewlenin, fejn ser jindaqqu diversi arranġamenti mużikali Maltin. Il-Banda, komposta minn 40 mużiċist, ser tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut li nawgurawlu fil-kariga ġdida tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kunċerti tħassru minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, iżda xi kantanti qed jagħżlu li jibqgħu jferrħu lill-pubbliku bil-mużika mid-dar. Ivan Grech tal-Wintermoods illejla se jkun qed jagħti kunċert minn fuq it-terazzin tad-dar tiegħu…

Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira,…

Mużika

Nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru se tittellgħa l-ewwel edizzjoni tal-Festival Kantamagħna – festival għall-kantanti tfal u żgħażagħ ġewwa t-Teatru Astra. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, qalet li dan il-festival se…

Aktar