Mużika
Il-Guggen Musik fil-festa tal-kuluri f’Capo D’Orlando

Il-Big Friends Guggen Musik ser tieħu sehem fil-festa tal-Kuluri li ser tittella’ għall-ewwel darba f’Capo D’Orlando fi Sqallija bejn nhar il-Ġimgħa 14 sa 18 ta’ Settembru. Għal din il-festa ġew mistiedna l-pajjiżi Mediterranji, fosthom Malta. Wara din il-parteċipazzjoni l-banda ser idoqq fin-Notte Bianca fejn ser tagħti spettaklu innovattiv ġdid.

Għall-Big Friends Guggen Musik din hi it-tielet safra minn meta bdew iċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-10 sena mit-twaqqif tagħha. Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew f’Novembru li għadda. Kemm ilha li twaqqfet il-Big Friends Guggen Musik ħadet sehem għal ħames darbiet fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza tal-Emerati Għarab Maqgħuda f’Dubai fl-2008, 2009, 2010, 2016 u 2017.

Fi Frar li għadda il-banda kienet mistiedna tiftaħ uffiċjalment il-karnival ta’ Accireale fi Sqallija. Dan wara li fl-2017 kienet mistiedna għall-karnival tal-fjuri fl-istess lokalita’. Il-banda ħadet sehem ukoll f’attivatijiet fil-Greċja (2009) u t-Tuneżija (2014 u 2015).

Matul din is-sena il-Big Friends Guggen Musik ser tkun irrappreżentat lil pajjiżna tliet darbiet, li għal għaqda mużikali lokali hu xi ħaġa mhux tas-soltu.
Il-banda din is-sena ħadet sehem f’ħafna attivitajiet speċjali, fosthom il-karnival f’Malta u Għawdex u l-karnival tas-sajf fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar. Dan is-sajf ukoll il-Big Friends Guggen Musik għamlet fis-Summer Guggen Concert – Get Marching ġewwa Birżebbuġa li għalih il-pubbliku attenda bi ħġaru.

F’dan il-kunċert il-mużiċisti ħarġu t-talenti tagħhom. Mal-banda ngħaqdu wkoll żeffiena kif ukoll grupp ta’ żgħażagħ ta’ etajiet varji li kkumpanjaw il-banda waqt ċerti siltiet mużikali. Fil-kunċert kien involut il-pubbliku inġenerali li ngħata ċans li jżomm rittmu mal-istess banda.

Il-Big Friends Guggen Musik għal dan żanżnet uniformi ġdida kif ukoll mal-mużika żiedet effetti bin-nar u l-karti.

Il-Big Friends Guggen Band, kienet taħt id-direzzjoni Surmast Ian Sammut din is-sena qed tiċċelebra l-10 anniversarju mit-twaqqif tagħha bi preżenza massiċċa tal-banda f’attivitajiet mużikali f’Malta u barra minn xtutna. Din il-preżenza hi xhieda ta’ kemm din il-banda avvanzat f’dawn l-aħħar 10 snin.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

It’s March 2019 and the Gozo Youth Orchestra, under the direction of Mro. Dr. Joseph Grech and in collaboration with 7SPP and Festivals Malta, is once again on the road….

Mużika

Il-Qtates ta’ max-Xatt huwa spettaklu maġiku għat-tfal li se jiftaħ il-programm ta’ Teatru Malta għall-2019 fit-23 u l-24 ta’ Frar bi sħubija ma’ Festivals Malta. Din il-produzzjoni hija adattament tal-ktieb…

Mużika

Rock ’N Malta are proud to present Pink Floyd’s founding member Nick Mason and his band Saucerful of Secrets live in concert on the 10th of July at St.George’s Square,…

Mużika

Iktar minn 40 drummer Belġjan u iktar minn 50 drummer Malti se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Drumfest li se jsir f’Malta. Il-festival jikkonsisti f’medley ta’ kanzunetti popolari li se…

Aktar