Teatru
Il-Ħanina Maddalena bl-aħħar spettakli għal tmiem il-ġimgħa

Aktar minn 4000 persuna s’issa marru jgawdu l-ħidma ta’ aktar minn 100 ruħ fuq u wara l-palk, u li issa qed iħejju għall-aħħar sensiela ta’ tliet spettakli għal musical oriġinali bil-Malti – Il-Ħanina Maddalena.

Deher biċ-ċar li x-xogħol huwa għal-qalb l-udjenza, u kull min hu involut qed jaħdem b’ruħu u b’qalbu. Bosta personalitajiet taw il-kummenti tagħhom, fosthom il-kantant maħbub Renato Micallef li għamel bosta musicals Maltin snin ilu. Renato sostna li din hija “produzzjoni first class”, waqt li Gianluca Bezzina qal li l-mużika hija tajba immens. Ik-personalita’ televiżiva Antonella Vassallo qalet li m’għandix kliem ħlief dak ta’ tifħir.

Il-ġimgħa l-oħra beda’ jintwera dan il-musical li jirrakkonta l-istorja tas-sorijiet tal-Ordni ta’ Marija Maddalena tal-Belt Valletta. II-musical hu ispirat minn fatti veri ta’ sigrieti moħbija fil-Belt Kapitali tagħna. Ibbażat fis-seklu tmintax, dan il-musical isegwi l-istorjal ta’ tliet verginelle li jingħaqdu mal-monasteru ta’ Santa Marija Maddalena. Illum, il-kappella ċkejkna fi Triq Merkanti hija waħda mill-ftit tifkiriet ta’ din l-ordni, li minnha ġiet ispirata l-istorja wara Il-Ħanina Maddalena.

Il-Ħanina Maddalena huwa miktub minn Simon Bartolo u b’lirika ta’ Loranne Vella, bil-mużika ta’ Dominic Galea u koreografija ta’ Dorian Mallia u Diane Portelli, taħt id-direzzjoni ta’ Josette Ciappara. Id-disinn tal-palk sar mill-artist Belti Antoine Farrugia, Farrugia ħadem fuq replika tal-kappella stess bħala ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu. Sean Buhagiar, il-produttur, sostna fil-programm li se jagħmel ħiltu biex dan ikun avveniment regolari sabiex il-musical Malti jirxoxta u jissaħħaħ.

F’dan il-musical qed jieħdu sehem bosta personalitajiet magħrufa, fosthom Chiara, Amber, Leontine, Dorothy Bezzina, Triccas u bosta oħrajn. Dan il-musical se jintwera għall-aħħar drabi dan il-weekend (27, 28, 29 ta’ Lulju) mid-9pm sall-11.15pm ġewwa Pjazza Teatru Rjali. Biljiett jistgħu jinxtrgħu minn www.ilhanina.com, mill-Embassy Cinemas jew mal-bieb.

Il-“Ħanina Maddalena” huwa parti mill-Malta International Arts Festival, huwa kkummissjonat minn Valletta 2018 u Festivals Malta – bl-appoġġ ta’ PBS Malta, il-Malta Film Commission u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

Il-Grupp Teatrali Bormliż fi ħdan iċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944 se jippreżenta l-għaxar dramm konsekuttiv li jirrakkonta b’mod mill-aktar ħaj u awtentiku diversi stadji mill-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù…

Teatru

“Mil-lum ‘il quddiem, int se tibda tissejjaħ ‘VERA IKONA’, il-mara li f’idejha żżomm ix-xbieha ta’ vera.” Minn hawn ħadet isimha il-mara li hemm diversi stejjer, xniegħat u leġġendi dwar min…

Teatru

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, grupp tad-drama fil-lokalità tal-Isla, illi jġib l-isem ta’ Senglea Drama Group, dejjem ħa ħsieb sabiex itella’ drammi għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, dan l-istess…

Teatru

On the 4th of March a brand new production of Mozart’s Così fan tutte will premiere at Teatru Manoel. With Così fan tutte, ossia La scuola degli amanti, the Manoel…

Aktar