Produzzjoni
Il-Ħanina Maddalena: musical ġdid Malti għas-sajf

Il-Ħanina Maddalena huwa musical ġdid tal-maestro Dominic Galea b’kitba ta’ Simon Bartolo u lirika ta’ Loranne Vella. Iva, dawk it-tnejn; l-istess Simon Bartolo u Loranne Vella tar-rumanzi ta’ It-Triloġija tal-Fiddien, l-aktar kotba li qatt inbiegħu malajr. Dan jispjega biss parti mill-eċitament madwar din il-produzzjoni.

Dominic Galea jirritorna wara s-suċċess tas-sena li għaddiet b’Balzunetta Towers, li kienet l-aktar avveniment li attendew nies għalih waqt il-Festival tal-Arti ta’ Malta, li gawda serati totalment mibjugħa u ħafna tfaħħir. Il-mużika ta’ Il-Ħanina Maddalena hija epika daqs kemm hi l-istorja nfisha. Fil-fatt, tirrakkonta wieħed mill-aqwa sigrieti moħbija fl-istorja tagħna, l-istorja tas-sorijiet ta’ Santa Maddalena fil-Belt Valletta.

Il-musical joħodna lura għas-seklu 18 u jsegwi l-istorja ta’ tlieta minn dawk li jissejħu “verginelle,” li jidħlu fil-monasteru ta’ Santa Maria Maddalena. Illum għad għandna kappella ċkejkna u grazjuża fit-tarf ta’ Triq il-Merkanti biex tfakkarna dwar din l-ordni eċċellenti. Ħabat tajjeb li l-istoriċi reċentement ammiraw is-setgħa ta’ din l-ordni matul il-żmien glorjużi tagħha. Il-kitba ta’ Simon Bartolo tinseġ storja fittitizza minn dawk l-imħabbiet, il-kunflitti u l-iskappatelli minsija wara l-velijiet u l-qdusija. Dan kompla sa ma Napuljun Bonaparte daħal u temm l-ordni, għal raġunijiet varji.

Il-musical iwassal għar-ritorn tal-aktar anġlu għażiż fi qlub il-Maltin, Din id-darba hija se tilbes velu. Fil-fatt, Chiara għandha waħda mir-rwoli ewlenin, dak tal-Madre. Magħha naraw l-istilla pop tant maħbuba Amber, li żgur se tkun fl-aqwa forma tagħha tqajmilna ġisimna xewk xewk bħala Serafina; okkultista li ssir soru tal-klawsura. Caterina Vitale, omm kattiva li trid tgħaddi tagħha bilfors, se jkollha l-vuċi għolja u distintiva għall-aħħar ta’ Leontine, filwaqt li l-brava Dorothy Bezzina se tuża t-talenti tagħha fil-parti ta’ Teresa Morales, prostituta b’qalb tad-deheb li taħdem biss għall-ġid ta’ bintha.

Dan is-sajf, fil-monasteru tagħna se jidħlu wkoll bosta ismijiet kbar tat-teatru Malti, apparti minn xi nies ġodda ta’ talent mill-aqwa. Għandna lil Samaria Bezzina, Ishmael Grech, Jesmond Tedesco Triccas, Dominic Cini, Alexander Gatesy Lewis, Rachel Tedesco Triccas, Karl Cassar, Rachel Vella, Christine Francalanza, Gilbert Formosa, Marceline Galea u ż-żgħira Haley Azzopardi huma l-kast tal-musical flimkien ma’ ensemble magħmul minn uħud mill-aqwa atturi fil-gżira bħal Andre Mangion u Jamie Cardona fost bosta oħrajn.

b’direzzjoni tal-kbira Josette Ciappara, l-ispettaklu żgur li se jkun mhux ta’ min jitilfu, kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-kbar. Il-musical tant mistenni, Il-Ħanina Maddalena, se jibda jintwera fit-18 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal, u jkompli fl-20, 21, 22, 25, 26, 27, 28 u 29 ta’ Lulju. Bosta kienu dawk li tilfu l-ispettaklu tas-sena l-oħra, Balzunetta Towers, għax ma leħqux biljett, u din is-sena ħafna se jkunu jridu jaħsbu kmieni. Il-produtturi għamluha aktar faċli, peress li dawk li jixtru l-biljetti matul Ġunju ser igawdu minn skont ta’ €5.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn www.ilhanina.com u aktar informazzjoni minn 2339 7000. Il-Ħanina Maddalena huwa parti mill-Malta International Arts Festival, ikkummissjonat mill-Valletta 2018 u Festivals Malta u appoġġjat minn PBS Malta, il-Malta Film Commission u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Produzzjoni

Moveo Dance Company, ippremjata l-Premju għall-Arti bħala l-Artist tas-Sena 2017, se tippreżenta produzzjoni taż-żfin għat-tfal ġot-Teatru Salesjan. Blooming Creatures hija produzzjoni ispirata min-natura u permezz taż-żfin tesplora movimenti ta’ kreaturi jinteraġixxu ma’…

Attivita'

Il-Ġimgħa Mqaddsa mal-Franġiskani, Musical fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani. Waqt din il-produzzjoni, mhux se jinżammu r-regoli tas-soltu, b’personaġġi bħal Pilatu, San Ġwann, is-Suldat li tah is-swat kif…

Attivitajiet Kulturali

Drammi tal-Passjoni, wieħed sar isibhom f’kull belt u raħal f’Malta. Storja tirrepeti ruħha, forsi bi ftit kliem differenti, imma xejn ġdid. U kien propju dan li l-Għaqda Talent Dingli ma…

Produzzjoni

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, f’Ħadd il-Palm, it-toroq u l-pjazza ta’ Ħal Għargħur, se jinbidlu fi spazju teatrali għall-familja kollha.  Imma għax nhar Ħadd il-Palm, f’Ħal Għargħur se jkun hemm drama,…

Aktar