Wirja
Il-Ħolma ssir Realtà: wirja bit-tafal

Bħala parti mill-introduzzjoni għat-tibdil fis-sistema’ edukattiva li se tibda f’Settembru 2019, il-Mede qed ittella’ diversi wirjiet bit-titlu ta’ L-Alternattiv mhux Inferjuri. F’ Settembru 2019 se naraw l-introduzzjoni tal-My Journey fejn l-istudent issa se jkollu għażla ta’ suġġetti: akkademiċi, vokazzjonali u applikati. L-għan hu li kull student jasal fit-triq li biha jkun jista’ jimraħ/timraħ fl-aħjar triq possibbli għalih/għaliha.

Wara l-wirja ta’ oġġetti magħmulin mill-Induratura li kienu jinkludu diversi teknikalitajiet li wieħed jista’ japplika permezz ta’ din l-arti, issa kien imiss il-wirja l-Ħolma ssir Realtà, fejn naraw diversi oġġetti artistiċi magħmulin mill-materja prima tat-tafal, jiġu transformati f’vażuni, platti, annimali, etċ. L-għan ta’ din il-wirja hu li jitqajjem interess fis-suġġett tal-Clay Sculpture Modelling li ġie introdott bħala proġett pilota fl-iskola sekondarja taż-Żokrija.

F’dan il-programm li hu akkreditat sa livell MQF 3 li hu livell ekwivalenti għal-‘O’level, naraw lill-istudent permezz tal-użu tat-tafal jikkrejha/tikkrejha mudelli li minnhom jistgħu jsiru f’mudelli ta’ materjal ieħor apparti dak tat-tafal, jew inkella jibqgħu fl-istess tafal. It-tafal li hu maħsub biex jintuża hu s-self drying clay, tafal li m’għandux bżonn forn biex jinħema, imma hu tafal li minnu nnifsu fi proċess naturali jinxef wara ftit siegħat. Is-suġġett tfassal mis-sur Karl Parnis bl-għajnuna tal-artist Antonio Mifsud. Dan is-suġġett li hu nisġa bejn disinn u mudellatura naraw li l-proġett jitlaq minn disinn li wara dan irid ikun mudellat. Min isewgwi dan il-kors se jkollu l-possibilita’ li jkabbar il-ħiliet tiegħu f’ livelli aktar għolja fl-MCAST.

Il-Wirja infetħet minn Dr Francis Fabri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol, fejn kompla jsostni li mhux se nibqgħu naraw kappell wieħed jiġik jew le hi problema tiegħek, imma se naraw lill-istudent sa’ minn età żgħira jaqbad it-triq li jħobb/tħobb u fuq kollox triq li twasslu/twassalha għal suċċess matul il-vjaġġ edukattiv tiegħu/tagħha. Il-wirja, li qed tiġi esebita’ fil-Foyer tal-Mede, tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-tmienja ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ wara nofsinhar. Grazzi speċjali tmur għal Mediterranean Ceramics li pprovdew il-biċċiet tal-Arti li qiegħdin esposti f’din il-wirja.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Fl-1840, il-fotografija rat lil Malta fit-transizzjoni bejn il-ħakma tal-Kavallieri u l-ħakma Ingliża.  Din kienet fażi important ħafna fl-istorja ta’ pajjiżna.  Il-Kavallieri kienu telqu imma ħafna bini u fortifikazzjonijiet kienu għadhom…

Wirja

Dan il-grupp ta’ artisti jiltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa ġewwa Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta. L-għan huwa li jpinġu flimkien u fl-istess ħin igawdu il-kumpanija ta’ xulxin. Is-sabiħ ta’…

Wirja

The Chamber of Fashion Malta Foundation, will be hosting a fashion show in collaboration with the Malta Tourism Authority, and under the Patronage of the Embassy of Italy. Arte e…

Aktar