Mużika
Il-Jubilate Deo Choir jipprezenta l-kunċert annwali

Il-Kor Jubilate Deo ser ikun qed itella’ l-kuncert annwali tiegħu għal żmien il-Milied nhar it-Tnejn 18 ta’ Dicembru 2017 fil-Knisja Arcipretali tan-Naxxar. F’dan il-kuncert ser jindaqqu diversi għanjiet tal-Milied bil-Latin u bil-Malti. Il-kuncert jinkludi kemm kompożizzjonijiet originali (fosthom dawk tad-direttur tal-kor Christopher Muscat, tal-assistent direttur Josef Bugeja, Vittorio Scerri, Patri Alberto Borg o.s.a. u Dun Karm Scerri) kif ukoll addattamenti ta’ għanjiet tradizzjonali li tlibbsu libsa ġdida b’arranġamenti ta’ Christopher Muscat u Joseph Fenech. Fil-kuncert ser jippartecipa wkoll il-kor tat-tfal Pueri Cantores (taht id-direzzjoni ta’ Daniela Ellul) kif ukoll il-Cappella Gregoriana Jubilate Deo kif ukoll l-organista Ronald Camilleri.

Matul l-istorja tiegħu ta’ 43 sena il-Kor Jubilate Deo stabblixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa korijiet Maltin fil-qasam tal-mużika sagra. Fost l-akbar suċċessi tal-kor wieħed ifakkar l-ewwel eżekuzzjoni f’Malta tal-Oratorio di Natale ta’ Camille Saint-Saens fl-2005, l-ewwel esekuzzjoni fi żminijiet moderni tal-Messa di Requiem ta’ Paolino Vassallo kif ukoll l-opra Il-Wegħda ta’ Charles Camilleri fl-2006. Fl-2013 il-Kor Jubilate Deo ipparteċipa fil-festival internazzjonli tal-korjiet Musica Sacra a Roma fejn ġie ppremjat b’Silver Medal Diploma fiż-żewġ kategoriji li pparteċipa fihom. Fi Frar li għadda l-kor ta l-ewwel eżekuzzjoni ta’ żewġ xogħolijiet ġodda: il-Cantata L-X ta’ Frar 1928 ta’ Christoper Muscat u l-Oratorio Fino ai Confidni della Terra tal-kompożitur ta’ fama mondjali Mons. Marco Frisina li ġie Malta sabiex jidderieħi hu stess dawn iż-żewħ xogħolijiet.

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn. Il-kunċert fil-Knisja Arcipretali tan-Naxxar jibda fis-19:30h iżda kulħadd huwa mistieden ikun f’postu sas-19.15h

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-grupp TEN08, li qabel kien magħruf bħala Rock Opera Group, nhar il-Ġimgħa ser jagħti kunċert rock klassiku fil-jott marina tal-Birgu, taħt il-Forti Sant Anġlu. Il-kunċert jibda fit-tmienja ta’ filgħaxija u…

Mużika

Kollox jinsab lest għall-kunċert Hooked on Classics, imtella’ mis-Soċieta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Kunċert li ser jiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-135 sena mit-twaqqif ta’ din is-Soċjetà. Dan il-kunċert ta’…

Mużika

Il-grupp SNIPS mistenni jdoqq fir-Razzett l-Aħmar il-Mosta, ilejla 12 ta’ Mejju 2018. Il-grupp Sqalli jispeċjalizza fil-mużika tat-tip Jazz fusion u huwa ffurmat minn Matteo Mancuso li jdoqq il-kitarra, Riccardo Oliva…

Mużika

It-42 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan hu festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti akkumpanjat minn mużika live. Dan il-festival joffri l-libertà…

Aktar