Mużika, Teatru
Il-karattri ta’ Disney u l-Kor Nazzjonali tat-Tfal f’kunċert maġiku għall-Milied

Dan il-Milied, il-karattri ta’ Disney li huma favoriti mat-tfal, flimkien mal-Kor Nazzjonali tat-Tfal se jerġgħu lura fit-teatru b’kunċert mimli enerġija u maġija tal-Milied.

L-isbaħ siltiet mużikali tal-Milied se jkunu qed jiġu eżegwiti b’mod li jġiegħelu lil kull persuna preżenti tiżfen u tiċċaqlaq mar-ritmi melodjużi.  Se jkun hemm il-viżwal li se jakkumpanja l-mużika, dwal u anke animaturi preżenti li jkomplu jallegraw is-serata b’korejografija li se jibbiddlu t-teatru f’siegħa u nofs ta’ divertiment garantit għal kulħadd.

Il-‘Magical Christmas Concert’ se jsir bejn is-7 u l-10 ta’ Dicembru fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana.  Se jingħata wkoll rigal żgħir lit-tfal li se jattendu fid-dħul għal dan il-kunċert.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-grupp TEN08, li qabel kien magħruf bħala Rock Opera Group, nhar il-Ġimgħa ser jagħti kunċert rock klassiku fil-jott marina tal-Birgu, taħt il-Forti Sant Anġlu. Il-kunċert jibda fit-tmienja ta’ filgħaxija u…

Mużika

Kollox jinsab lest għall-kunċert Hooked on Classics, imtella’ mis-Soċieta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Kunċert li ser jiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-135 sena mit-twaqqif ta’ din is-Soċjetà. Dan il-kunċert ta’…

Mużika

Il-grupp SNIPS mistenni jdoqq fir-Razzett l-Aħmar il-Mosta, ilejla 12 ta’ Mejju 2018. Il-grupp Sqalli jispeċjalizza fil-mużika tat-tip Jazz fusion u huwa ffurmat minn Matteo Mancuso li jdoqq il-kitarra, Riccardo Oliva…

Mużika

It-42 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan hu festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti akkumpanjat minn mużika live. Dan il-festival joffri l-libertà…

Aktar