Attivita'
Il-Kotba jieħdu l-Ħajja ma’ Danusan waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ hija attività li se tittella’ għall-ewwel darba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta) u se tkun għaddejja matul l-aħħar tlett ijiem tal-Festival: il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru fis-7.30pm, is-Sibt 10 ta’ Novembru fis-7pm u l-Ħadd 11 ta’ Novembru fit-3pm. 

Id-duo Danusan flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistiednu familji, tfal u kbar biex jixtru l-biljetti u jiġu għal show ta’ siegħa u nofs mimlija divertiment u daħk, dejjem fil-kuntest tal-kotba u l-qari.

Ix-shows se jsiru f’Republic Hall, MCC u l-biljetti jistgħu jinxtraw direttament mis-sit ta’ Showshappening: https://www.showshappening.com/mcc/IlKotba-Jiedu-lajja

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Attivita'

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 28 t’April, dawk l-istudenti kollha li akkwistaw l-ewwel viża tagħhom bil-Passaport ta’ Heritage Malta huma mistiedna għall-avveniment esklussiv li se jsir fit-Tempji Neolitiċi ta’ Kordin III f’Raħal Ġdid….

Attivita'

Saturday 6th, Sunday 7th and Monday 8th April 2019 will take place the second edition of Italian Taste – Food tasting Event.  The events is an opportunity to see the most…

Aktar