Edukazzjoni
Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Id-duo komiku popolari Danusan u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb reġgħu għal darb’oħra ħadmu flimkien biex jittellgħu xows bil-għan li jiġu ċċelebrati l-kotba u l-qari. Dawn ix-xows huma eċċellenti għall-familji bit-tfal, għax waqt li jgħallmu tistgħu tistennew siegħa u nofs ta’ daħk u divertiment.

Id-Danusan se jkunu qed jippreżentaw bil-mod uniku tagħhom xows li juru l-importanza tal-qari, u t-testi li se jużaw bħala bażi se jkunu kotba li jkunu għadhom kif rebħu l-Premju Terramaxka għat-Tfal 2019. Il-kotba rebbieħa jitħabbru waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fil-5 ta’ Novembru.

‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ se jinżammu fir-Republic Hall, Dar il-Mediterran, u l-biljetti għat-tliet xows (il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru fit-8pm, is-Sibt 9 ta’ Novembru fis-7pm u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fit-3pm) issa huma disponibbli għall-bejgħ fuq is-sit tal-MCC u showshappening.com. Il-biljetti jibdew minn €5.

Ejja x-xow u meta tippreżenta l-biljett mal-bieb tingħata vawċer ta’ €3 li tista’ ssarrfu għand kwalunkwe eżebitur li se jkun hemm waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 huma:

L-Erbgħa 6 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–21: 30
Il-Ħamis 7 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–21: 30
Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–22: 00
Is-Sibt 9 ta’ Novembru: 09: 30–22: 30
Il-Ħadd 10 ta’ Novembru: 08: 30–20: 00

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Marzu f’Casino Notabile, is-Saqqajja, se titnieda l-pubblikazzjoni finali ta’ TAĦŻIŻ 6. L-editriċi ta’ din l-edizzjoni hija Simone Inguanez. TAĦŻIŻ 6 kien imqassam fuq numru ta’ seminars, inkluż…

Edukazzjoni

Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Diċembru 2018, fis-6.00pm, Francesca Attard se tagħmel taħdita fis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali bit-tema, “L-Għanjiet tal-Milied.” Din it-taħdita, organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università, hija miftuħa għal kulħadd u se…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Diskussjoni

Are you interested in global wildlife? If yes, then come along to our upcoming Nature Meet-up at Salina Nature Reserve, that will discuss the plight of Puffins. This talk will shed…

Aktar