Attivitajiet Kulturali
Il-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa bi stedina lill-każini għal San Patrizju

Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2018, lejliet il-festa ta’ San Patrizju, il-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa qed torganizza gathering għall-każini tal-baned kollha f’Malta speċjalment li dak li jħaddnu l-kulur aħdar.

Dan il-gathering ser isir fil-bar tal-każin, Banda Birżebbuġa u jibda mit-8pm ‘il quddiem.

Il-mistieden speċjali għal din l-attività huwa d-DJ Commander Jay flimkien ma’ Remedees li ser ikunu qegħdin jallegraw lil min jattendi.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Attivitajiet Kulturali

Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2018 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ser ikun qiegħed jorganizza l-attività annwali tiegħu bl-isem ta’ ‘Ħal Luqa mal-Medda taż-Żmien’. Bħal ta’ kull sena l-Kunsill jieħu…

Attivitajiet Kulturali

Il-Kunsill Lokali San Ġiljan qed jorganizza Lejla Folkloristika nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2018 fil-Pjazza tal-Balluta u mad-dawra tal-Pjazza, mis-06:00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Waqt din l-attività se jieħdu sehem,…

Aktar