Attivitajiet Kulturali
Il-Kunċert Annwali tal-Milied fiż-Żejtun

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jtella’ l-Kunċert Annwali tal-Milied, nhar is-Sibt, 30 ta’ Diċembru, 2017, fit-8.00 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun, minn wieħed mill-aqwa korijiet gospel f’pajjiżna, Joy Gospel Singers.

Joy Gospel Singers hu magħmul minn grupp ta’ kantanti u mużiċisti professjonali, li jaqsmu bejniethom imħabba lejn il-kanzunetta li jkantaw. Ir-repertorju tagħhom hu vast, li jħaddan fih biċċiet mużikali spiritwali u ta’ qima.

Il-programm se jkun jinkludi minn mużika klassika, bħal Silent Night, għal kanzunetti aktar ferrieħa, bil-Malti u bl-Ingliż. Il-mużika se tkun adattabbli għal gost u l-pjaċir ta’ kull udjenza.

Matul il-kunċert f’ambjent addattat għal din l-okkażjoni fil-knisja barokka, xi wħud mill-membri tal-Grupp Letterarju taż-Żejtun se jkunu qed jaqraw poeżiji bit-tema soċjali u festiva. Bħal kull sena,  it-tfal tal-Parroċċa matul il-kunċert se jkunu qed jiffurmaw presepju ħaj. Barra minn hekk, matul il-kunċert se jingħata rikonoxximent, it-Trofew Carlo Diacono, lill-aqwa żewġ bandisti tas-sena, miż-żewġ għaqdiet ewlenin fiż-Żejtun.

Qabel il-kunċert tal-Milied, il-Kunsill Lokali taż-Żejtun bil-parteċipazzjoni tal-għaqdiet Żwieten u l-każini tal-banda, se jkun qed ifakkar l-220 sena anniversarju mill-għoti tat-titlu ta’ Città Beland liż-Żejtun mill-Granmastru Ferdinand von Hompesch, fit-30 ta’ Diċembru, 1797. It-tifkira simbolika se ssir f’Misraħ Karlu Diacono (il-Venda), iż-Żejtun, fis-7.30 p.m.

Id-dħul għal kunċert hu bla ħlas u miftuħ għal kulħadd. Dawk li jixtiequ jirriservaw il-post tagħhom jistgħu jċemplu fuq 2166 3866 jew jibgħatu email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Attivitajiet Kulturali

Jekk tħobb u għandek għal qalbek l-għasafar din l-attività żgur ma tistax titlifha. Biex tiċċelebra l-EuroBirdwatch18, BirdLife Malta se tagħmel sensiela ta’ attivitajiet fil-Buskett nhar is-Sibt 6 u l-Ħadd 7…

Attivitajiet Kulturali

‘Il-Villaġġ Malti’ –  ir-raba’ simpożju organizzat minn Wirt iż-Żejtun se jkun qiegħed iqajjem kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-valuri kulturali u jfiehem aħjar il-formazzjoni u l-karatteristiċi tal-ibliet u tal-irħula Maltin. Numru ta’…

Aktar