Mużika
Il-kunċert annwali tal-Milied mill-Banda Stella Maris ta’ Tas-Sliema

Wara s-suċċess li l-Banda Stella Maris għamlet fil-kunċert tal-Festa ta’ Stella Maris, is-Soċjetà qiegħda torganizza l-kunċert Orkestrali tal-Milied.

Għal din is-sena l-kumitat se jippreżenta kunċert ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ġimgha 15 ta’ Diċembru 2017 fis-7.30pm, ġewwa il-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris, fi’ Triq il-Kbira, Tas-Sliema.

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris, taħt id-direzzjoni ta’ Michael Pulis għażlet biċċiet ta’ mużika moderna u klassika, fosthom Tu Scendi dalle Stelle, Sinfonia Pastorale, Sounds of Christmas, Swan Lake, Amazing Grace, White Christmas, Emperor Valse, Panis Angelicus… u ħafna aktar.

Flimkien ma’ l-orkestra tal-filarmonika Stella Maris, se jieħdu sehem ukoll il-kantanti Michaela Agius, Gilbert Delicata, u Riona Degiorgio.

Id-dħul huwa bla ħlas u il-bibien jiftħu fis 7.00pm. Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert, ċempel fuq 79445778.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-Fondazzjoni Classique se tniedi l-ewwel edizzjoni ta’ Mini-Festival imsejjaħ MUSIC+. MUSIC+ se jkun jikkonsisti f’recitals minn artisti lokali u barranin, master classes f’diversi strumenti, workshops għall-istudenti tal-iskejjel primarji, talks u…

Mużika

The evocative Hâra d-Dejqa (Narrow Street) in very central Victoria will be the venue of an open-air classical concert being held on Saturday, 25th August. Presented by the Gozo Cultural…

Mużika

II-grupp vokali The Swingles ilu jwessa’ l-orizzonti mużikali għal dawn l-aħħar ħamsin sena. Is-seba’ kantanti żgħażagħ li illum jiffurmaw dan il-grupp ibbażat f’Londra – Joanna Goldsmith-Eteson, Federica Basile, Liz Swain,…

Aktar