Mużika
Il-Kunċert Annwali Tal-Milied mis-Soċjetà Filarmonika Stella Maris f’Tas-Sliema

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira, Tas-Sliema.

Il-banda Stella Maris, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Pulis se tesegwixxi siltiet popolari fost l-oħrajn; White Christmas, Cantate Domino, The Prayer, mużika mill-film La Vita e’ Bella, A Whole New World, Jingle Bell Rock, Tu Scendi dalle Stelle, u aktar…

Se jieħdu sehem ukoll il-kantanti Lawrence Gray, Michaela Agius, Riona Degiorgio, u il-Kor tal-Parroċċa Stella Maris.

Id-dħul huwa bla ħlas u l-bibien jiftħu fis-6.45pm.

 

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Festivals Malta, flimkien mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali niedew verżjoni alternattiva tal-Malta Jazz Festival. Sabiex jiġi ċċelebrat it-30 anniversarju, il-festival ser jinkludi programm online u spettaklu ta’ jazz live ġo Misraħ il-Ħelsien u fit-taraġ…

Mużika

Jitnieda l-APS Summer Festival li se jittella’ bejn is-26 ta’ Ġunju u t-18 ta’ Lulju 2020 u se jkun qed jospita numru ta’ attivitajiet kulturali u ta’ divertiment fil-Valletta Waterfront,…

Mużika

Il-kunċerti tħassru minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, iżda xi kantanti qed jagħżlu li jibqgħu jferrħu lill-pubbliku bil-mużika mid-dar. Ivan Grech tal-Wintermoods illejla se jkun qed jagħti kunċert minn fuq it-terazzin tad-dar tiegħu…

Aktar