Attivitajiet Kulturali
Il-Kunsill tal-Mellieħa b’diversi attivitajiet għall-Milied

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jtella’ The Mellieħa International Christmas Festival.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se tibda s-Sibt 23 ta’ Diċembru fejn se jittella’ party għat-tfal fl-iskola Primarja tal-Mellieħa fejn se jkun hemm logħob, face painting, balloon modelling, sing-alongs u wkoll Father Christmas. Filgħaxija se jittella’ kunċert tal-Milied mill-Voca Gospel Choir and Band fil-Knisja Parrokkjali tal-Manikata.

Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru filgħodu se tinżamm attività għall-anzjani ġewwa d-Dar il-Madonna tal-Mellieħa bil-parteċipazzjoni ta’ Benny u Tonia u The Future Voices Childrens Choir. Filghaxija is-Soċjetà tal-MUSEUM tal-Mellieħa se torganiżża l-purċissjoni tradizzjonali bil-Bambin, u wara l-Għaqda Mużikali Imperial se ttella’ kunċert tal-Milied. Wara l-kunċert se jkun hemm il-Quddiesa ta’ Nofs il-Lejl animata mill-Kor u Orkestra Maria Bambina.

Fis-27 u t-28 ta’ Diċembru, il-Mellieħa se toffri jumejn uniċi b’parati internazzjonali u wirjiet b’aktar minn 150 parteċipant, kif ukoll bil-parteċipazzjoni ta’ Father Christmas fit-toroq ewlenin tal-Mellieħa, fejn tispiċċa f’Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-27, u f’Misraħ il-Parroċċa fit-28 ta’ Diċembru. Il-parteċipanti Maltin jinkludu s-Società Filarmonica La Vittoria, The Big Friends Guggen Music Band, The Marsa Scouts Bagpipes and Drums u l-Wallace Bagpipes and, kif ukoll Artemocion Dance Studio u Valentine Dancers. Parteċipanti mill-Italia jinkludu l-Majorettes ta’ Casperia, l-Associazione Musicale V. Bellini – Citta di Calatabiano, I Carriddi Folk Group, I Fanfara Bersaglieri dell’Etna, il-Gruppo Sbandieratori u Musici Leoni Reali.

Ikel u xorb tipiku sinonimu ma’ dan iż-żmien tas-sena jkunu għall-bejgħ biex jitgawda mill-pubbliku. Kulħadd huwa mistieden jattendi għal din l-attività tal-Milied organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Id-dħul mingħajr ħlas.

Din l-attività hija mtellgħa b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, l-Awtorità Maltija għat-Turimu, il-Fondazzjoni Valletta 2018, ir-Reġjun Tramuntana u The Malta Christma Festival.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Aktar