Mużika
Il-leġġenda tal-jazz Chick Corea għall-Festival tal-Jazz fis-sajf li ġej

Festivals Malta bi pjaċir tħabbar li l-leġġenda tal-jazz Chick Corea se jkun l-attrazzjoni ewlenija tal-Festival tal-Jazz.

Il-kompożitur Amerikan Chick Corea se jkollu 77 sena meta jżur Malta f’Lulju li ġej. Corea hu wkoll mużiċist tal-jazz u jazz imħallat u jdoqq il-pjanu u t-tastiera. Fiż-żjara tiegħu se jerġa’ jingħaqad mal-ħbieb antiki tiegħu John Patitucci u Dave Weckl u se jdoqqu bħala ċ-Chick Corea Akoustic Band. Dakinhar wieħed jistenna li jara l-enerġija inkredibbli ta’ Corea fuq il-pjanu waqt li jisma’ l-kitba mużikali brillanti tiegħu kif ukoll il-maestrija ta’ Patitucci fuq il-baxx u ta’ Weckl fuq it-tnabar (drums). Dan se jkun l-ewwel tour tal-grupp akustiku f’20 sena. Corea kien f’Malta 28 sena ilu fl-1990.

Kemm ilu li beda l-karriera tiegħu bħala solist fl-1966, Corea minn dejjem kien fuq quddiem tal-jazz, kemm bħala pjanist rinomat li esperimenta b’affarijiet ġodda flimkien mal-bands akustiċi tal-jazz kif ukoll bħala mużiċist innovattiv u elettriku fuq it-tastiera mal-gruppi Return to Forever, the Elektric Band, u issa Vigil, li hi band elektro-akustika.

Corea hu r-raba’ artist l-iktar nominat fl-istorja tal-Grammys bi 63 nominazzjoni. Hu kiseb tliet premji tal-Latin Grammy, l-iktar artist li qatt rebaħ premji f’dan il-qasam, bħala l-Aqwa Album Strumentali. Saħansitra ddeskrivewh bħala wieħed mill-aqwa vuċijiet tal-pjanu li ħarġu wara John Coltrane. Id-diskografija tiegħu fiha għadd kbir ta’ albums li bdew bil-klassiku Now He Sings, Now He Sobs fl-1968. Il-kompożizzjonijiet tiegħu saru jitqiesu bħala repertorju standard.

Dwar din l-aħbar, id-Direttur Artistiku tal-Festival tal-Jazz Sandro Zerafa, qal: “Kburin ħafna u ninsabu onorati li se jkollna leġġenda tal-jazz ħajja magħna fis-sajf li ġej f’Ta’ Liesse. Il-preżenza tiegħu biss żgur li se tagħmel il-Festival tal-Jazz l-iktar avveniment mistenni.”

Chick Corea flimkien ma’ Dave Weckl u John Patitucci se jdoqqu s-Sibt 21 ta’ Lulju. Din is-sena l-Festival tal-Jazz se jsir mit-Tnejn 16 ta’ Lulju sas-Sibt 21 ta’ Lulju. Iktar tagħrif dwar il-festival u l-biljetti se jingħataw f’qasir żmien.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Malta International Organ Festival, this year being in its fifth edition, will be held from the 15th November till 7th December.  The festival is made up of 16 concerts in…

Mużika

The Gozo Youth Orchestra taħt it-tmexxija ta’ Mro. Joseph Grech b’kollaborazzjoni ma’ 7SPP u Festival Malta, għal darb’oħra qed ittella’ kunċert spettakolari Rock f’Dar tal-Mediterran għal Konferenzi fil-Belt Valletta. Il-kunċert…

Mużika

Il-Banda Ċittadina Leone (A.D. 1863), taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Colin Attard, se tippreżenta t-68 edizzjoni tal-kunċert mużikali annwali ‘Leone Band in Concert’ li jittella’ sabiex jikkommemora l-Proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta. L-ewwel…

Mużika

Teatru Unplugged is a unique event consisting of 5 short acts of diverse musical genres.  Founded by Jonathan Shaw and Nirvana Azzopardi in 1998, Teatru Unplugged is Malta’s longest annual standing…

Aktar