Il-leġġendarju grupp reggae UB40 fl-Għaxaq Music Festival, 2020!

It-telqa tax-xitwa diġà bħal donnu għosfrot u bħal jinħass is-sajf joqrob hekk kif ilbieraħ tħabbar li l-grupp UB40 ser ikunu l-artisti internazzjonali mistiedna tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għaxaq Music Festival!

Din hi l-ewwel miġja fil-gżejjer tagħna ta’ dan il-grupp ikona mużikali veru propju. Grupp reggae t’oriġini multi-etnika li sawwar id-definizzjoni għal mużika reggae għal ġenerazzjoni sħiħa b’Ali Campbell u Astro bħala protagonisti. Ali u Astro ser ikunu akkumpanjati mal band ta’ tmien elementi li bla dubbju hi garanzija ta’ kwalità mużikali live li żgur tolqot il-gosti mużikali ta’ kull min jgħożż il-mużika vera!

Għaldaqstant is-Sibt 25 ta’ Lulju ġewwa l-Grawnds ta’ Ħal Għaxaq hu mistenni li għal drab’oħra jissorprendi b’lejla festiva oħra ta’ mużika straordinarja hekk kif seħħ bil-kunċert tas-sena li għaddiet mill-grupp indimentikabbli Smokie. Hu biss permezz tal-unjoni bejn il-vuċi leġġendarja ta’ Ali Campbell flimkien ma’ Astro li dawk kollha dilettanti ta’ mużika vera jkunu jistgħu joqorbu viċin għall-esperjenza tal-ħoss oriġinali ta’ dan il-grupp ta’ fama mondjali b’aktar minn 30 sena ta’ suċċessi, diski ta’ deheb u plantinum fl-ghola quċċata tal-klassifiċi u l-bejgħ t’aktar minn 70 miljun kopja tal-albums tagħhom.

UB40 b’dawk l-għeruq fondi fil-ġeneri mużikali reggae u ritmi rock hekk kif ħarġu mit-tlett albums fis-serje Labour of Love li daħlu fl-istorja tal-mużika dinija, żgur ser jissarfu f’atmosfera li tassew tpaxxi il-qalb ta’ kull wieħed hekk il-folla tiżfen taħt sema sajfi inċanat kwiekeb mar-ritmu tal-klassiċi puri bħal Kingston Town, Can’t help falling in Love, Cherry Oh Baby, u fuq kollox is-suċċess mondjali li kaxkar miegħu l-Ewropa u l-Amerika il-famuża Red Red Wine!

Kif jgħidu xejn ma jixjieħ aħjar mill-ifjen inbid! Forsi għall-eċċezzjoni ta’ mużika bla żmien!

L-Għaxaq Music Festival, 2020 jgawdi il-patroċinju prestiġjuż tal-Kunsill Malti tal-Arti.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Knisja qed tagħmel sejħa lil dawk kollha ta’ rieda tajba, speċjalment lill-familji Nsara, illum l-Erbgħa 25 ta’ Marzu, Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, f’għaqda max-xewqa tal-Papa f’ jum ta’ talb mad-dinja kollha. Illejla…

Attivita'

On Saturday 7th March 2020, the exhibition ‘Folder 78A: Library Plans and Drawings’ opens at the National Library of Malta – Valletta. This exhibition marks the last phase of a…

Arti

Avaritia is one of the seven deadly sins, together with pride, lust, envy, gluttony, wrath and sloth. Greed is the artificial, rapacious desire and pursuit of material possessions. Thomas Aquinas…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar