Teatru
Il-Lukandiera…kummiedja ta’ Carlo Goldoni

Il-Lukandiera hija waħda mill-kummiedji l-aktar magħrufa tad-drammaturgu Taljan Carlo Goldoni. Miktuba fl-1753, il-kummiedja tittratta fuq kif il-mara jirnexxielha twassal ir-raġel għal fejn trid hi u bil-manjieri tagħha u bil-kliem ħelu, faċli li r-raġel jiddgħajjef u jinġibed lejha.

Goldoni juri elementi tas-soċjetà li kien jgħix fiha speċjalment il-klassi tan-nobbli kemm dawk li wirtu n-nobbiltà kif ukoll dawk li xtrawha u kemm dawn jintilfu wara x-xinxilli biex jippruvaw jakkwistaw l-imħabba.

Tradotta minn Albert Marshall, din il-kummiedja se tittella’ fis-sala San Nikola, nhar is-Sibt 21 t’ Ottubru fis-7.30 pm u l-Ħadd 22 t’ Ottobru fis 6.00 pm. Jieħdu sehem Mario Camilleri, Lisa Farrugia, Sandro Vella, Patrick Tanti, Matthew Balzan, Lydia Portelli, Amanda Cachia Sammut u Frank Borg. Direzzjoni f’idejn Anthony Ellul bi produzzjoni ta’ 4Teenth Productions.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/events/1503069613120664/?active_tab=about

Aħbarijiet Oħra
Teatru

L-opra Tosca, waħda mill-favoriti dejjiema ta’ Puccini, tirritorna l-Aurora f’Ottubru li ġej wara perjodu relattivament qasir. U jekk wieħed jista’ jqis it-tielet Tosca f’7 snin bħala ‘daqsxejn żejda’, il-ġustifikazzjoni għal…

Teatru

Teatru Manoel is dedicating a whole weekend to an in-house Maltese-spoken production collaborated with Grokk Teatru, a theatrical company which comes with several awards in their luggage, among which “Best Production Overall” at the…

Teatru

You can find out how batteries will save the world, how fake news can be overcome and other great topics through short talks and plays this Friday 6 July at…

Produzzjoni

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, f’Ħadd il-Palm, it-toroq u l-pjazza ta’ Ħal Għargħur, se jinbidlu fi spazju teatrali għall-familja kollha.  Imma għax nhar Ħadd il-Palm, f’Ħal Għargħur se jkun hemm drama,…

Aktar