Attivita'
Il-Malta Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika Taljana

Nhar is-Sibt 11 t’Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, il-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown se tella’ t-tieni edizzjoni tal-kunċert Notte Italiana.

Għal darba oħra dan il-kunċert ser ikun qiegħed jagħtina spirtu verament Taljan permezz ta’ wħud fost l-akbar suċċessi ta’ kull żmien. Mal-Malta Concert Orchestra ser jingħaqdu l-kantanti Alex Schembri, Neville Refalo, Georgina, Olivia Lewis u Nadia Vella li ser jinterpretaw l-aqwa kanzunetti ta’ Eros Ramazzoti, Rita Pavona, Laura Pausini, Mia Martini, Massimo Ranieri, Zucchero, I Pooh, Ricchi e Poveri u Ivana Spagna fost oħrajn.

Il-programm ippreparat jinkludi kanzunetti bħal Come saprei, Maledettea primavera, Vivo per lei, Per colpa di chi, Fatti mandare
dalla mamma, La solitudine, Con le mani u Sarà perchè ti amo.

Dan il-kunċert huwa ieħor minn lista ta’ attivitajiet li ttella’ l-Malta Concert Orchestra fejn tilħaq u tispira udjenzi minn kull strata tas-soċjetà permezz tal-kunċerti tagħha.

Il-Malta Concert Orchestra twaqqfet fl-2017 minn dik li kienet magħrufa bħala l-orkestra tal-PBS. Mużiċisti professjonali u semiprofessjonali
jingħaqdu flimkien, taħt id-direzzjoni tad-diretturi Paul Abela u Joe Brown, skont it-tip ta’ kunċert li jkun ser jittella’. Din is-sena l-MCO diġà ħadet sehem fil-Festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ fi Frar kif ukoll tellgħet it-tieni edizzjoni ta’ Suċċessi Maltin f’April li għadda. Aktar tard din is-sena ser tkun qed tieħu sehem f’kunċert bħala parti mill-Malta International Jazz Festival f’Lulju, L-Għanja tal-Poplu | Festival tal-Kanzunetta Maltija f’Settembru, A Night at the Musicals u Kunċert tal-Milied f’Diċembru.

Notte Italiana ser ikun taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown li kien ukoll responsabbli mill-arranġamenti mużikali ta’ dan il-kunċert.

Il-kunċert tal-11 ta’ Awwissu jibda fit-20:30pm. Għall-biljetti u aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.pjazzateatrurjal.mt.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunvent tal-Karmnu tal-Imdina qed jorganizza wirja ta’ arti tal-artist Damian Ebejer. Il-wirja The Within: Paintings and Divergencies tinterpreta l-Kastell Ġewwieni ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù. Hija se tittella’ bejn it-12…

Attivita'

This is a great opportunity for families to explore two of Malta’s most breathtaking wild places – Għadira Nature Reserve and Foresta 2000. Start the day at Għadira, pick up a copy of…

Attivita'

The Malta All-Breed Rabbit Club together with the Malta Cage Bird Association will be hosting the second Bird & Rabbit Show after last year’s awesome success! These two clubs have…

Attivita'

Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà, il-Kummissjoni Festa qegħda torganizza wirja Marjana fis-sala Yvonne taħt iz-zuntier tal-knisja parrokkjali. F’din il-wirja se jkunu esebiti xi statwi tal-Madonna ta’…

Aktar