Mużika
Il-Malta International Organ Festival

Reġa’ wasal il-Malta International Organ Festival, festival tant mistenni minn dawk kollha dilettanti tal-knejjes u mużika klassika, li din is- sena ser ikun mit-22 ta’ Novembru sas-6 ta’ Dicembru bi ħmistax il-kunċert imferrxa madwar il-gżejjer Maltin.

Is-sitt edizzjoni tal-Malta International Organ Festival se jintroduċi grupp formidabbli ta’ mużiċisti ta’ fama internazzjonali lix-xena lokali permezz ta’ programm varjat li jolqot firxa wiesgħa ta’ udjenzi – mill- barokk sal-kontemporanju.

Il-festival ser jiftaħ b’kunċert grandjuż ġewwa l-Katidral Anglikan fil-Belt Valletta nhar il-ġimgħa 22 ta’ Novembru fejn ser nisimgħu lill-organista internazzjonali Marco D’Avola flimkien mal-Fanfare Brass Ensemble mit-Teatru Massimo ta’ Sqallija u nkomplu l-għada b’kunċert oriġinali fejn ser nisimgħu l-alphorn mal-orgni ġewwa l-knisja S.Marija Magdalena fil-Belt Valletta wkoll.

Ser ikun hemm kunċert ġewwa l-Gudja fejn ser nisimgħu l-Kantata ta’ J.S.Bach Ich Habe Genug, u kunċerti oħra f’tas-Sliema, Balluta, San Ġiljan, Xewkija, Ċittadella, Għajnsielem, Balzan, Qrendi, Żejtun u Senglea.  F’dawn il-kunċerti, l-orgni ser ikun qed jaqsam ix-xena ma’ strumenti oħra bħall-oboe, it-tromba, il-klarinett, u l-vuċi wkoll.

Il-festival jispiċċa b’kunċert ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Gwann fejn fost xogħlijiet ta’ Bach u Liszt, ser nisimgħu wkoll il-Missa Mundi ta’ Charles Camilleri.

Għall-programm sħiħ tal-festival wieħed għandu jżur is-sit www.MaltaInternationalOrganFestival.com

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira,…

Mużika

Nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru se tittellgħa l-ewwel edizzjoni tal-Festival Kantamagħna – festival għall-kantanti tfal u żgħażagħ ġewwa t-Teatru Astra. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, qalet li dan il-festival se…

Mużika

Il-Kunċert annwali li l-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel b’risq id-Dar tal-Providenza se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina, il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru fit-8.00pm. Il-kunċert se jkun taħt il-patroċinju…

Aktar