Attivita'
Il-Milied fil-Pjazza tal-Qrendi b’risq id-Dar tal-Providenza

Radju 15 ta’ Awwissu fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi, ser jorganizza l-attività l-Milied fil-Pjazza b’risq id-Dar tal-Providenza, nhar il-Ħadd li ġej 22 ta’ Diċembru 2019. Din l-attività tibda fid-9:00 fil-pjazza prinċipali tal-Qrendi quddiem il-Knisja Parrokjali. Waqt din l-attività, ser ikun hemm wirja ta’ vetturi mill-korp tal-pulizija kif ukoll mis-sezzjoni tal-klieb. Apparti minn hekk ser tkun għaddejja l-Maratona ta’ 63 siegħa ta’ xandir diretta minn ġewwa l-pjazza stess, li l-għan tagħha hu li nkomplu niġbru aktar fondi b’risq id-Dar tal-Providenza, maratona li se tibqa’ sejra sal-Ħadd stess fl-10:30pm. Waqt din l-istess attività ser jkun hemm għal bejgħ ukoll ikel tradizzjonali tal-Milied, ħdim taċ-ċombini tradizzjonali u għal dawk li għadhom iridu jixtru r-rigali għat tfal ser ikun hemm minn fejn jagħmlu dan ukoll. Fil-11:00 ta’ filgħodu, il-Banda Santa Marija tal-Qrendi fi ħdan l-istess Soċjetà ser ittella’ kunċert kollu b’diski tal-Milied bis-sehem tal-kantanta popolari Nicole Frendo ġol-pjazza stess. Dak il-ħin ukoll jingħaqad magħna Father Christmas fejn ser ikun qiegħed iqassam ir-rigali lil dawk it-tfal preżenti.

Parkeġġ mhux problema.

Il-Milied fil-Pjazza hija attività għall-familja kollha b’għan nobbli, li niġbru aktar fondi b’risq id-Dar tal-Providenza, li tant tagħmel ġid matul is-sena kollha.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

The Malta Feline Guardians Club (MFGC) invites you all with greatest pleasure for 3 days of WCF International Cats Shows. Also what makes this show Special 15 years of MFGC….

Attivita'

Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Jannar, Heritage Malta qed toffri l-opportunità lill-pubbliku sabiex jifhem aħjar kif ix-xogħol ta’ bijologu flimkien ma’ dak tal-kuraturi u l-konservaturi jista’ jipprovdi informazzjoni sinifikanti dwar il-konservazzjoni…

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Attivita'

The National Library of Malta is hosting the second themed lecture programme covering 2019-2020 entitled ‘POWER, COSTUME & SCENOGRAPHY: Making Fashion a Statement in 18th-19th Century Malta’. This programme is…

Aktar