Attivita'
Il-Milied ma’ Wayne Marshall u l-kor ‘The New Choral Singers’

Għal darb’ oħra l-kunċert annwali tal-kor The New Choral Singers se jittella’ fuq żewġ serati: nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru, fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl ġewwa l-Belt Valletta, u l-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru fil-Knisja tal-Ġiżwiti Triq il-Merkanti, ġewwa l-Belt Valletta. Iż-żewġ serati jibdew fis-7.30pm.

Għal dan il-kunċert, il-kor se jkanta taħt it-tmexxija tas-surmast Mauro Farrugia filwaqt illi ser ikun akkumpanjat fuq l-orgni mis-surmast u organista magħruf internazzjonali Wayne Marshall. Marshall li huwa organista u surmast tal-BBC Proms huwa wkoll is-surmast ewlieni ta’ WDR Funkhausorchester Cologne u organista fi Bridgewater Hall f’Manchester.

Taħt it-tmexxija mużikali ta’ Mauro Farrugia, il-kor ipprepara repertorju b’għażla varjata ta’ Għanjiet tal-Milied għal gosti ta’ kulħadd. Fosthom: ‘O Lejl ta’ Skiet’ u  ‘Ding! Dong! Merrily on High’, u għanjiet oħra miktuba minn kompożituri kontemporanji kif ukoll siltiet klassiċi ta’ żminijiet oħrajn fosthom mis-seklu sittax.

Matul iż-żewġ serati, il-kor The New Choral Singers ser ikun qed jistieden lill-udjenza biex tingħaqad fl-atmosfera ta’ kant sabiex flimkien mad-daqq impekkabbli tal-orgni ta’ Wayne Marshall, il-kunċert ikun lejl ta’ ferħ għal kulħadd.

Filwaqt li d-dħul għall-kunċerti huwa b’xejn, fi tmiem il-programm se ssir ġabra ta’ flus.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat. Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk…

Attivita'

Li tkun preżenti fit-tempji preistoriċi tal-Mnajdra, l-Qrendi, fi sbieħ il-jum huwa diġà mument uniku. Iżda għada, il-pubbliku se jkun jista’ josserva wkoll l-ewwel raġġi tax-xemx hekk kif jidħlu direttament mill-entratura…

Attivita'

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, se jsir seminar dwar “L-Għasafar trid Għasafar: Il-Lingwaġġ tan-Nassaba” bis-sehem ta’ Raymond Cordina, Michael Grima, Louis Camilleri,…

Attivita'

Wara 35 sena, fuq kitba ta’ Manwel Haber, ACTion Productions se terġa’ tippreżenta l-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib. L-istorja ta’ din il-kummiedja ddur mal-familja Mula. Jessie, tfajla mqarba u…

Aktar