X

Il-musical popolari Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat fit-Teatru Astra s-sena d-dieħla

It-Teatru Astra ħabbar li r-raba’ musical konsekuttiv li se jittella se jkun Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat.  Dan il-musical jittratta l-istorja bibblika ta’ Ġużeppi u l-hekk imsejjaħ ‘coat of many colours’.

Il-musical, li huwa l-aktar wieħed li ilu jsir fl-Ingilterra, fih kanzunetti u biċċiet mużikali eċċellenti bħal Those Canaan Days, Any Dream Will Do u Close Every Door To Me.

Dan il-musical qed jiġi mħabbar wara s-suċċess enormi li sar f’Marzu u April ta’ din is-sena b’ Jesus Christ Superstar.  Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat se jsir is-Sibt 30 ta’ Marzu 2019 fit-8pm u l-Ħadd 31 ta’ Marzu 2019 fl-4pm.

Teatru Astra se jkun qed ikompli jibni fuq l-esperjenza tiegħu f’dan il-ġeneru mużikali u għal darba oħra se jingaġġa l-aqwa talent lokali.  Għalhekk matul il-ġimgħat li ġejjin se jinfetħu applikazzjonijiet għal dawk interessati biex isiru l-auditions lejn l-aħħar ta’ Settembru 2018.

Fil-ġranet li ġejjin se jiftaħ l-online booking fuq www.ticketline.com.mt.  Għall-bookings proviżorji u aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq + 356 79244048 jew jikteb lil info@lastella.com.mt.