Attivita'
Il-parata militari storika tal-In Guardia fil-Forti Sant’Anġlu

Il-viżitaturi li se jżuru l-Forti Sant’Anġlu se jkollhom l-opportunità wkoll li jattendu għall-parata militari storika tal-In Guardia.

Din il-parata se ssir fil-fortizza li tinsab fil-ponta tal-Birgu nhar il-Ħadd li ġej, fit-3 ta’ Ġunju, 17 ta’ Ġunju u 24 ta’ Ġunju. Wara l-waqfa tas-Sajf, rappreżentazzjoni oħra fil-Forti Sant’Anġlu se ssir nhar il-Ħadd 21 t’Ottubru.

Matul il-parata, re-enactors tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) jilbsu lbies tal-epoka. Wara li jinqraw l-Ordnijiet tal-Ġurnata u titbierek mill-Kappillan tal-Forti l-bandiera tar-Reliġjon magħrufa bħala l-Gonfalon, il-Gran Balí jagħmel l-ispezzjoni. Wara l-istakkamenti kollha, tal-lanez, l-arkibuġieri u l-allabardieri jagħmlu l-eżerċizzju militari tagħhom. Il-banda l-ħin kollu takkumpanja d-diversi wirjiet tas-suldati. Attrazzjonijiet oħrajn fl-In Guardia huma l-Armaiolo u l-kanun magħruf bħala l-Colverino. Lejn l-aħħar tal-parata, l-uffiċjali jagħtu ġieh lil San Ġwann Battista patrun tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, lil Sant’Anġlu u lil Gran Balí.

Forti Sant’Anġlu jiddomina l-ponta tal-Birgu u minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu dejjem kellu importanza fl-istorja ta’ pajjiżna. Bla dubju grazzi għas-sehem tiegħu matul is-snin fl-istorja ta’ Malta, Forti Sant’Anġlu joffri esperjenza memorabbli.

Il-parata militari storika tal-In Guardia se ssir fil-Parade Ground fiċ-ċentru ta’ Forti Sant’Anġlu. Il-parata tibda fil-11.00am u ddum madwar 50 minuta.

Il-biljetti, kemm għall-forti kif ukoll għall-In Guardia, jinkisbu mill-mużewijiet u siti kollha ta’ Heritage Malta għall-prezz ta’ €15 għall-adulti, €12 għall-anzjani u student, u €7 għat-tfal.

Forti Sant’Anġlu jiftaħ mid-9.00am sas-6.00pm, bl-aħħar dħul isir fil-5.30pm. Għal iktar tagħrif dwar Heritage Malta żuru l-website, http://www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Wara s-suċċess li kisbet il-Gozo Youth Orchestra bil-preżentazzjoni tal-11-il edizzjoni tal-ispettaklu mużikali Opera vs Pop under the Stars fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju, issa jmiss lil…

Attivita'

Nhar il-Ġimgħa 31 t’Awwissu u s-Sibt 1 ta’ Settembru, sitt produzzjonijiet qosra ser ikunu qed jitellgħu ġewwa Bormla fl-ewwel edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival. Dawn is-sitt plays, ta’ 20 minuta…

Attivita'

Hekk kif is-sajf issa daħal f’laqwa tiegħu, mhux b’inqas l’għadd kbir ta’ attivitajiet li jiġu organizzati matul dan l-istaġun. Għawdex f’dan iż-żmien ikun fl-aqwa tiegħu, b’għadd kbir ta’ Maltin u…

Attivita'

Heritage Malta qiegħda tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex igawdi l-wirt kulturali u naturali fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam f’atmosfera differenti u li jorqdu fil-miftuħ u f’ambjent sigur u trankwill bejn is-Sibt 11…

Aktar