Attivitajiet Kulturali
Il-parata tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika

Titfakkar Jum ir-Repubblika b’Parata f’Misraħ San Ġorġ, fil-Belt Valletta.

Din l-attività, organizzata mill-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta, tibda fl-10:00am. Se jkun hemm ukoll marċ mill-banda u l-kontinġenti tal-Forzi Armati ta’ Malta li jibda fid-9:30am minn Misraħ il-Ħelsien, quddiem il-bini tal-Parlament.

Din is-sena, waqt iċ-ċerimonja militari se jkun hemm il-parata magħrufa aħjar bħala ‘Trooping the Presidential Colour’. Din il-parata tmur lura għal meta l-kuluri tar-reġiment kienu jipprovdu punt ta’ riferiment fejn jiltaqgħu t-truppi fuq kamp ta’ battalja. Dan kien importanti waqt gwerra, għax mingħajr il-mezzi ta’ komunikazzjoni moderni, kien faċli li t-truppi jiddiżorjentaw ruħhom u jinqatgħu mill-kumplament tal-unità. Biex it-truppi jkunu jafu kif jidhru l-kuluri tar-reġiment kienu jesebixxuhom ta’ spiss.

Il-mod li kienu jużaw biex jesibixxu l-kuluri kien li jimmarċjaw bil-mod tul l-istakkamenti tat-truppi bil-għan li jħallu impatt fuq il-memorja tas-suldati, biex jibqgħu jiftakruhom matul il-battalja u jkunu jafu fejn hu posthom u fejn iridu jiltaqgħu. Minn hawn oriġinat il-kelma trooping.

F’din l-okkażjoni, nhar it-13 ta’ Diċembru, il-Forzi Armati ta’ Malta se jfakkru Jum ir-Repubblika bit-trooping tal-Kulur Presidenzjali, ippreżentat mill-President Marie-Louise Coleiro Preca lill-Forzi Armati ta’ Malta fl-2014, u li jissimbolizza l-lealtà u d-devozzjoni tal-Forzi Armati lejn il-Kap tal-Istat u l-poplu Malti.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum ir-Repubblika, il-Kumitat Festi Nazzjonali se jorganizza wkoll żewġ programmi ta’ marċi fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta. Nhar it-Tlieta 12 ta’ Diċembru se jsir marċ mill-banda Duke of Connaught’s Own Band ta’ Birkirkara fis-6pm. Filwaqt li, nhar Jum ir-Repubblika, is-Soċjetà Filarmonika tal-Belt Valletta se tieħu sehem b’marċ li jibda fl-4:30pm minn ħdejn il-bini tal-Parlament, Misraħ il-Ħelsien, il-Belt Valletta.

 

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar