Attivita'
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca tiltaqa’ mal-pubbliku

Fi tmiem it-terminu tagħha bħala l-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca se tkun qed tiltaqa’ mal-pubbliku f’Malta u Għawdex.

Il-pubbliku se jkun jista’ jiltaqa’ mal-President Coleiro Preca nhar is-Sibt li ġej, 23 ta’ Marzu bejn il-11.00am u 12.00pm fil-Palazz tal-Granmastru l-Belt Valletta. L-għada l-Ħadd 24 ta’ Marzu il-President se tiltaqa’ mal-Għawdxin fil-Banca Giuratale bejn l-10.00am u 12.00pm.

Il-Ħadd 31 ta’ Marzu bejn is-2.00pm u l-5.30pm, il-President ser tkun qed tiltaqa’ mal-pubbliku fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Dakinhar, ser tkun qed tiġi organizzata wkoll open day fejn il-pubbliku, minbarra li jiltaqa’ mal-President Coleiro Preca se jkun jista’ jżur il-Kmamar Statali l-ġodda, li ġew inawgurati f’April tas-sena li għaddiet, wara proġett estensiv ta’ restawr.

Dawn it-tliet attivitajiet huma miftuħa għal kulħadd.

Fil-ġranet u fil-ħinijiet imsemmija, l-President Coleiro Preca se tkun qed tiffirma kopji tal-bijografija tagħha ‘Riflessjonijiet tal-President’ miktuba minn Jes Saliba u ppubblikata minn Kite Group.

F’dan il-ktieb il-President ta’ Malta tiftaħ qalbha dwar ħajjitha, dak li twettqet u dak li riedet twettaq aktar. Il-President tirrifletti partikolarment dwar aspetti differenti tal-politika soċjali u kif is-soċjeta’ tagħna qed tinbidel. F’dan il-ktieb hi l-President stess li, bi kliemha tikkomunika mal-qarrejja dwar il-valuri tagħha u dak li sawwarha.

B’ritratti mit-trobbija u t-tfulija sal-Presidenza, il-qarrejja jistgħu jaraw ukoll kif żviluppat il-ħajja ta’ Marie-Louise Coleiro Preca.

Dan il-ktieb ser jkun qiegħed jinbiegħ b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation, u jista’ jinxtara waqt dawn l-istess attivitajiet.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fl-okkażjoni tal-175 sena minn meta l-Furjana saret Parroċċa kif ukoll il-100 sena mit-twelid tal-artist il-Prof. Emvin Cremona il-parroċċa San Publju b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta ser jorganizzaw akkademja mużiko-letterarja biex…

Attivita'

Il-festa ta’ San Girgor hija avveniment tradizzjonali poplari ħafna mal-Maltin u li ilu jsir mill-1500. Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel Erbgħa wara l-Għid u fil-bidu kienet tikkonsisti f’pelegrinaġġ minn konfaternitajiet…

Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, flimkien maż-żewġ Għaqdiet Mużikali tal-lokal, ser ikun qed jorganizza ir-reba’ edizzjoni taċ-Cheese and Wine Festival fil-pjazza ewlenija ta’ Ħal Għaxaq nhar is-Sibt 27 ta’ April…

Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Aktar