Mużika
Il-Qtates ta’ max-Xatt jitilfu lin-nanna u n-nannu

Il-Qtates ta’ max-Xatt huwa spettaklu maġiku għat-tfal li se jiftaħ il-programm ta’ Teatru Malta għall-2019 fit-23 u l-24 ta’ Frar bi sħubija ma’ Festivals Malta.

Din il-produzzjoni hija adattament tal-ktieb tat-tfal tal-awtriċi Maltija Clare Azzopardi, b’direzzjoni ta’ Denise Mulholland u kompożizzjoni ta’ Euchar Gravina.

Il-Qtates ta’ max-Xatt hija mmirata għal tfal ta’ bejn it-8 u l-10 snin u se ssir fil-bini storiku tal-Mużew Marittimu fil-Birgu.

Ritratt: Elisa von Brockdorff

Il-vuċijiet ta’ Clare Ghigo, Ruth Sammut Casingena, Francesca Aquilina, Sean Borg u Louis Andrew Cassar se jagħtu l-ħajja lill-qtates protagonisti f’din il-produzzjoni.

Twila 45 minuta, bi preżentazzjoni fit-3pm u s-6pm, Il-Qtates ta’ max-Xatt titratta grupp ta’ kantanti qtates stray li jitħabtu biex jaċċettaw l-‘għijbien’ tan-nanna u n-nannu!

Għal iktar informazzjoni tista’ tmur fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ din il-produzzjoni https://teatrumalta.org.mt/events/il-qtates-ta-max-xatt/ inkella fis-sit elettroniku teatrumalta.org.mt jew 21220255.

Ritratt: Elisa von Brockdorff
Aħbarijiet Oħra
Teatru

Fil-familja Mercieca erbat aħwa jgħixu taħt l-istess saqaf: Anon, Franklin, David u Petra. F’24 siegħa jiġri minn kollox: jum il-votazzjoni f’elezzjoni ġenerali li waslet għal għarrieda, u li ħabtet mal-festa…

Mużika

Rock ’N Malta are proud to present Pink Floyd’s founding member Nick Mason and his band Saucerful of Secrets live in concert on the 10th of July at St.George’s Square,…

Mużika

Iktar minn 40 drummer Belġjan u iktar minn 50 drummer Malti se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Drumfest li se jsir f’Malta. Il-festival jikkonsisti f’medley ta’ kanzunetti popolari li se…

Teatru

Dramm oriġinali miktub minn Joseph Galea b’direzzjoni ta’ Carlos Farrugia se jkun qed jittella’ f’Marzu li ġej fit-Teatru Manoel. Jirreċtaw fid-dramm hemm l-atturi Charles Sammut, Frida Cauchi, Shelby Aquilina, Michela…

Aktar