Wirja
Il-wirja ‘Culhat al Belt: Sette Giugno 1919-2019’

Nhar it-Tieta, 12 ta’ Novembru, Heritage Malta qed torganizza avveniment esklussiv mal-kuratur għal dawk li għandhom il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta. Il-parteċipanti se jżuru l-esebizzjoni ‘Culhat al Belt: Sette Giugno 1919-2019’ li tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u wara jmorru mixja madwar il-postijiet l-aktar importanti fil-Belt li huma marbuta ma’ din il-ġrajja.

L-esebizzjoni ‘Culhat al Belt: Sette Giugno 1919-2019’ qed tfakkar il-100 anniversarju mill-irvellijiet li seħħew fis-7 ta’ Ġunju 1919. L-esebiti isegwu l-fatturi intriganti li eventwalment wasslu għall-irvell tal-poplu Malti kontra l-ħakkiema Brittaniċi u s-simpatizzanti tagħhom fis-7 ta’ Ġunju 1919. Huma jkopru wkoll uħud mill-konsegwenzi li ġraw wara li twettqet din l-azzjoni deċiżiva. Waqt din id-diskussjoni dwar il-Belt u l-Ħakma Brittannika Kolonjali, se jkunu qed jintwerew ritratti tal-postijiet kif kienu jidhru fl-1919.

Wara l-esebizzjoni, il-parteċipanti se jiġu mistiedna jżuru wħud mill-iżjed postijiet sinifikanti li huma konnessi mal-irvellijiet tas-7 ta’ Ġunju 1919 waqt mixja mal-kuratur madwar il-Belt.

Se jkun hemm żewġ gruppi, wieħed fejn l-avveniment se jsir bil-Malti u ieħor fejn se jsir bl-Ingliż. It-tnejn jibdew fid-9.30am.

Ħin: 09.30am

Niltaqgħu: Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

Prezz: €3 kull persuna. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta meta jiġi ppreżentat il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta. Il-parteċipanti jeħtieġ li jixtru dan il-biljett minn qabel sabiex ikunu jistgħu jattendu għal dan l-avveniment.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit www.heritagemalta.org jew ċempel 2395 4310.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Wirja

The Chamber of Fashion Malta Foundation, will be hosting a fashion show in collaboration with the Malta Tourism Authority, and under the Patronage of the Embassy of Italy. Arte e…

Wirja

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippresenta “Xbihat fil-ġebla” – Esebizzjoni ta’ Arti Ikonografika minn Vincent Mangani bejn l-20 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2019, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,…

Wirja

L-entużjasti tal-istorja li ma rnexxilhomx iżuru l-wirja temporanja ta’ Heritage Malta bl-isem Behind Closed Doors: Fort St Angelo and the Royal Navy 1906-1979 ġewwa l-Forti Sant’Anġlu jistgħu jgawdu din l-esperjenza…

Aktar