Wirja
Il-wirja Vexilla Regis

Il-Kummissjoni TEAK (Talent, Elenjan, Arti u Kultura) fi ħdan is-Soċjetà Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara ser torganizza għall-għoxrin sena konsekuttiva wirja sagra ġewwa l-każin fi Triq il-Wied, Birkirkara.

F’din il-wirja bl-isem ta’ “Vexilla Regis” (bil-Malti, Is-Sinjal tas-Sultan) insibu l-mejda ta’ l-appostli fejn wieħed jista jammira diversi platti u kwadri maħduma bis-smid, ross u għagin ikkulurit, kif ukoll sett statwi tal-appostli.

Fil-bidu u d-dħul għal wirja wieħed jista’ jara esibit vestwarju tas-soċjetà li jintuża fil-”paegants”, simboli tal-Passjoni, bandalori artistiċi u statwa ta’ Ġesù Kristu Redentur “life-size”, xogħol l-istatwarju Għawdxi Michael Camilleri Cauchi.

F’parti oħra ta’ din il-wirja wieħed jista’ jara Ċenaklu Lhudi li jinkludi tliet personaġġi ‘life size’, Sidna Ġesù Kristu, u l-appostli Xmun Pietru u San Ġwann, maħduma kollha mill-istatwarju Girbi Andrew Bugeja.

Fost il-ħafna affarijiet relatati mal-passjoni ta’ Sidna Ġesù wieħed jista jammira settijiet ta’ vari u oġġetti sagri (bħal statwetti, statwi antiki, ikoni, slaleb interzjati, kwadri, dommi, simboli tal-Passjoni u pitturi), l-arka tal-patt armata fuq stil Lhudi, mudelli ta’ elmi u xwabel ta’ suldati u ċenturjuni Rumani, u kif ukoll sezzjoni fejn wieħed jista’ jammira filmat tridimensjonali ta’ knisja minn ġewwa.

Bħal kull sena, il-Kummissjoni TEAK dejjem taħseb għal dik l-attrazzjoni speċjali u fil-wirja ta’ din is-sena se jkun hemm għas-sbatax-il sena konsekuttiva kwadru kbir b’qies ta’ 12-il pied bi 8 piedi maħdum kollu bis-smid ikkulurit u juru xena meħuda mill-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja ser isir nhar l-Erbgħa 21 ta’ Marzu u tibqa’ miftuħa sas-Sibt 31 ta’ Marzu.

Matul il-ġimgħa l-wirja tiftaħ mis-6pm sad-9pm.

Is-Sibt u l-Ħadd tiftaħ bejn is-6pm u l-10.00pm.

Ħamis ix-Xirka tiftaħ bejn is-6pm u l-11.00pm.

Fil-Ġimgħa l-Kbira bejn id-9am u s-1.00pm.

F’Sibt il-Għid bejn id-9am u s-1.00pm .

Għal aktar informazzjoni tiostgħu żżuru  https://www.facebook.com/dukeocband/videos/10156119755756950/

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed itella’ s-16-il edizzjoni tal-wirja annwali tal-filatelija, din is-sena bit-titlu ‘Ecclesia Sanctorum – il-Wirt Reliġjuż fuq il-Bolol u Aktar’. Din il-wirja filatelika bit-tema tar-reliġjon se…

Wirja

Truimvirate – opened at ArtHall in Gozo on Friday evening with a huge welcome for the artists and positive responses for this new exhibition from those present. 3 artists from…

Wirja

Il-Qrendi huwa raħal qadim bi storja ferm akbar minnu. Madankollu ir-raħal tipiku tal-Qrendi mhuwiex biss it-tempji preistoriċi, imma huwa wkoll sensiela ta’ punti ta’ riferimenti storiċi li flimkien jagħmlu damma…

Arti

Corrado Iozia twieled f’Borzonasca nhar il-21 ta’ Settembru 1943. Iozia huwa Pittur-skultur figurattiv ta’ fama li ħa sehem f’diversi wirjiet kemm fl-Italja, Sqallija kif ukoll f’Malta u f’Għawdex. Din hija is-seba’…

Aktar