Attivita'
Iljieli Melleħin – festa ta’ kultura, storja, spettaklu u divertiment

Iljieli Melleħin 2018 jibdew il-Ġimgħa, 27 ta’ Lulju 2018 mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem f’Misraħ il-Parroċċa bi spettaklu ta’ żfin minn Cypriots Traditional Dancers minn Agia Napa, Ċipru, kant minn kantanti lokali u kunċert uniku bl-aqwa diski tal-gruppi leġġendarji Abba, Beatles u Tina Turner minn Spiteri Lucas Band bil-parteċipazzjoni tal-kantanti stabbiliti Neville Refalo, Debbie Scerri, Olivia Lewis u Richard Edwards akkumpanjati minn Dancel Dance Studio. Wara ma’ DJ Max għal ‘Waves Trip’!

Iljieli Melleħin 2018 ikomplu s-Sibt, 28 ta’ Lulju 2018 mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem:
f’Misraħ il-Parroċċa b’Medieval Re-enactment Session by Project Lazzarus. Isegwi kunċert live minn Ro Ho – Trio – Hocheifel minn Adenau, il-Ġermanja, kantanti lokali u kunċert spettakolari tal-aktar diski magħrufin mir-repertorju Malti minn Paul Abela Band bis-sehem tal-kantanti stabbiliti Georgina, Roger Tirazona, Louisana Bartolo u Renato akkumpanjati minn Paul Curmi Dancers. Wara se jsir Stand-Up Comedy minn Joe (id-Dulli) u Veronica Farrugia.

L-Għaqda tan-Nar Maria Bambina ser tkun qed torganizza BBQ fl-istess pjazza għal kull min jixtieq igawdi dan l-ispettaklu minn bilqiegħda waqt li jduq l-ikel ippreparat apposta għall-okkażjoni.

Fi Triq Gorg Borg Olivier, bil-parata karnivaleska bit-tema ‘The Mellieħa Summer Carnival Parade’, bis-sehem ta’ 13-il kumpanija taż-żfin, Big Friends Guggen Musik Band u Sambrazilian Band segwit minn mużika live mid-duo Breezes.

F’Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II se jkun hemm programm divertenti u animazzjoni għat-tfal li jinkludu puppets shows, sing-a-long songs, magical slots bis-sehem ta’ Future Voices Children’s Choir, Artemocion Dance Studio, Phyllisienne Brincat Children’s Choir u Listen to Our Voices Children’s Choir.

Fil-Bitħa tas-Santwarju se tittella’ wirja tal-arti u artiġjanat lokali.

Fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa imbagħad se jkun hemm kunċert vokali minn ‘Vuċijiet Vittorjani’ tas-Soċjetà Filarmonica La Vittoria. Isegwi kunċert vokali minn ‘Imperial Choir’ tal-Għaqda Mużikali Imperial.

Se jkun hemm servizz ta’ Park and Ride mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem minn fejn kien hemm il-Kumpless Belleview.

Iljieli Melleħin 2018 ikomplu l-Ħadd 29 ta’ Lulju 2018 mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem:
f’Misraħ il-Parroċċa b’Medieval Re-enactment Sessions by Fratres in Armis Re-enactment Group, kant minn kantanti lokali u Live Jazz Music Concert by Groove. Isegwi dan kunċert uniku minn George Curmi (il-Puse) Big Band bil-parteċipazzjoni ta’ Christabelle Borg.

Fil-11.00pm Għeluq spettakolari: Pyro-Musical Display imtella’ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda tan-Nar Maria Bambina.

F’Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II, se jkun hemm programm u animazzjoni għat-tfal li jinkludi puppet shows, sing-a-long shows, magical slots bis-sehem ta’ Artemocion Dance Studio, kantanti żgħar lokali, il-Mellieħa Scout Group u Mandy Dance Academy.

Fil-Bitħa tas-Santwarju wirja ta’ arti u artiġjanat lokali.

Id-dħul huwa bla ħlas.

Għall-iktar informazzjoni u għall-program iddettaljat tistgħu żżuru s-sit www.mellieha.gov.mt jew il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/melliehalocalcouncil

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Qatt immaġinajt li tqatta’ l-lejl fil-Palazz Vilhena li jospita l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali? Din l-opportunità tista’ ssir realtà wara li Heritage Malta se tkun qed torganizza attivitajiet speċjali matul il-lejl…

Attivita'

Nhar is-Sibt 11 t’Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, il-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown se tella’ t-tieni edizzjoni tal-kunċert Notte Italiana. Għal darba oħra dan il-kunċert ser ikun…

Attivita'

Biex tiżdied iktar il-kuxjenza dwar il-volumi ta’ skart tal-plastik li jintrama’ u jispiċċa fil-baħar, tliet għawwiema se jagħmlu sfida b’għama ta’ 70 kilometru madwar Malta. It-tliet għawwiema – Neil Agius,…

Aktar