Attivita'
Illejla l-aħħar ċans biex idduq l-inbid fil-festival tan-Nadur

Fi tmiem il-ġimgħa l-Kunsill Lokali tan-Nadur iċċelebra l-festa kbira tal-Inbid. Dan il-Festival qed isir fi Ġnien il-Kunsill fin-Nadur, liema belvedere jpaxxi lil dawk preżenti b’veduti mill-aqwa tal-fliegu Malti.

L-istess Festival isir ma’ Emanuel Delicata Winemaker Ltd, u din is-sena jagħlaq 17-il sena konsekuttiva mit-twelid tiegħu fin-Nadur.

Fl-ewwel żewġ serati tal-2019 dan il-belvedere laqa’ mijiet ta’ Nadurin, Għawdxin, Maltin u turisti li sa minn kmieni fis-7.00pm bdew jduqu l-inbid li tipproduċi l-kumpanija Delicata, permezz ta’ tazzi apposta li jibqgħu rikordju.

L-istess serati inkludew stands ta’ kull tip ta’ ikel, inkluż dak tradizzjonali u internazzjonali, kif ukoll fost l-aqwa kantanti u bands.

Dan il-Festival ikompli għaddej illum il-Ħadd 25 t’Awissu, wara s-7.00pm.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għall-ewwel darba f’Malta, il-qniepen ta’ diversi knejjes fil-Kottonera se jindaqqu b’mod koordinat u se jinstemgħu mat-toroq tat-Tliet Ibliet. Id-daqq tal-moti mill-qniepen tal-knejjes tal-madwar tal-Kottenera se jiġi koordinat b’mod li joħloq…

Attivita'

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura ġie magħżul minn Transport Malta biex jorganizza n-National Car Free Day 2019. Din l-attività ser titella’ fi Triq Ħompesch nhar il-Ħadd 22 ta’ Settembru, 2019 mit-8:00 sal-16:00….

Attivita'

BirdLife Malta’s ornithologists and birders have been studying bird migration with the help of bird ringing and satellite tagging for many years. This is the way to learn about birds,…

Attivita'

The Chinese Moon Festival is China’s second most important traditional celebration and is determined by astronomical observations of the sun’s longitude and the moon’s phases. Owing to the moon’s symbolic…

Aktar